Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1599

    Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna tat-8 ta' Lulju 2019 fir-rigward tal-emenda l-Anness XXVII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/1599]

    ST/1051/2019/INIT

    ĠU L 248, 27.9.2019, p. 88–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1599/oj

    27.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/88


    DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

    tat-8 ta' Lulju 2019

    fir-rigward tal-emenda l-Anness XXVII għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/1599]

    IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra u b'mod partikolari l-Artikolu 463 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Marzu u s-27 ta' Ġunju 2014 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017.

    (2)

    Il-Preambolu għall-Ftehim jirrikonoxxi x-xewqa tal-Partijiet li jmexxu r-riforma u l-proċess ta' approssimazzjoni 'l quddiem fl-Ukrajna, u b'hekk jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ekonomika gradwali u l-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika kif ukoll għall-kisba ta' integrazzjoni ekonomika permezz ta' approssimazzjoni regolatorja estensiva. Il-preambolu jirreferi wkoll għall-impenn tal-Partijiet li jsaħħu s-sigurtà tal-enerġija billi, fost l-oħrajn, iżidu l-integrazzjoni tas-suq u l-approssimazzjoni regolatorja lejn l-elementi ewlenin tal-acquis tal-UE.

    (3)

    Barra minn hekk, il-Memorandum ta' Qbil bilaterali dwar Sħubija Strateġika dwar l-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna tal-24 ta' Novembru 2016 jirrikonoxxi li l-għan ta' kooperazzjoni intensifikata fil-qasam tal-enerġija u tar-riforma tas-settur tal-enerġija huwa l-integrazzjoni sħiħa tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u l-Ukrajna.

    (4)

    L-Artikolu 1 tal-Ftehim jirreferi għall-għan li jiġu appoġġati l-isforzi tal-Ukrajna biex titlesta t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li tiffunzjona permezz ta', inter alia, l-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma' dik tal-Unjoni.

    (5)

    Skont l-Artikolu 273 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Anness XXVII għall-Ftehim, sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għat-trasport tal-elettriku u tal-gass ikunu oġġettivi, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji.

    (6)

    Barra minn hekk, bil-ħsieb li jsir progress lejn l-integrazzjoni tas-suq, l-Artikolu 337 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet ikomplu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet tal-enerġija, inkluż permezz tal-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija.

    (7)

    L-Artikolu 341 tal-Ftehim jistipula li l-approssimazzjoni gradwali fis-settur tal-enerġija għandha tipproċedi skont skeda kif stabbilit fl-Anness XXVII għall-Ftehim.

    (8)

    L-Artikolu 474 tal-Ftehim itenni l-impenn ġenerali tal-Ukrajna biex twettaq l-approssimazzjoni gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħha ma' dik tal-Unjoni, inkluż fis-settur tal-enerġija.

    (9)

    L-acquis tal-UE fis-settur tal-enerġija evolva b'mod sostanzjali minn meta ġew konklużi n-negozjat tal-Ftehim, kif ukoll l-obbligi tal-Ukrajna li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Ftehim u s-sħubija tiegħu fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija. Jeħtieġ li din l-evoluzzjoni tiġi riflessa fl-Anness XXVII għall-Ftehim li għalhekk jenħtieġ li jiġi aġġornat.

    (10)

    L-Artikolu 475 tal-Ftehim jiddefinixxi f'termini ġenerali l-monitoraġġ tal-progress fl-approssimazzjoni tal-liġi tal-Ukrajna mal-liġi tal-Unjoni, inklużi aspetti ta' implimentazzjoni u infurzar. Huwa jipprevedi li l-proċess ta' rappurtar u valutazzjoni jqis il-modalitajiet speċifiċi definiti fil-Ftehim jew fid-deċiżjonijiet tal-korpi istituzzjonali stabbiliti skont il-Ftehim.

    (11)

    Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva tar-riformi mill-Ukrajna, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ għar-riforma fis-settur tal-enerġija sabiex ir-riformi miksuba jkollhom karattru irriversibbli u b'hekk jikkontribwixxu b'mod dejjiemi għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.

    (12)

    Skont l-Artikolu 463 (1) u (3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan il-Ftehim. B'mod partikolari, jista' jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim, filwaqt li jqis l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards applikabbli stabbiliti fi strumenti internazzjonali meqjusa rilevanti mill-Partijiet.

    (13)

    Għalhekk, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jemenda l-Anness XXVII għall-Ftehim biex jipprevedi regoli aktar dettaljati għall-monitoraġġ tal-approssimazzjoni tal-liġi Ukrena mal-liġi tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija. Għal dak il-għan, dispożizzjonijiet xierqa li jsaħħu l-proċess ta' monitoraġġ għandhom jiġu inklużi fl-Anness XXVII għall-Ftehim.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XXVII għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Ukrajna.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

    Il-President

    V. GROYSMAN


    (1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


    ANNESS

    “ANNESS XXVII GĦAL KAPITOLU 1

    KOOPERAZZJONI FL-ENERĠIJA, INKLUŻI KWISTJONIJIET NUKLEARI

    ANNESS XXVII-A

    MONITORAĠĠ TAL-APPROSSIMAZZJONI FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA

    Bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-approssimazzjoni tal-acquis tal-UE għas-settur tal-enerġija fil-liġi domestika tal-Ukrajna u li tinkiseb modernizzazzjoni dejjiema tas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna, il-Partijiet għandhom japplikaw il-miżuri addizzjonali li ġejjin, f'konformità mal-Artikolu 475(2) tal-Ftehim. Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi ta' kwalunkwe Parti li jirriżultaw mis-sħubija tagħhom fit-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.

    Implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE

    1.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma minnufih lill-Ukrajna dwar kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tadotta jew temenda, u dwar kwalunkwe att tal-UE li jibdel, l-acquis tal-UE elenkat f'dan l-Anness.

    2.

    L-Ukrajna għandha tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-atti domestiċi approssimati u tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tirrifletti l-iżviluppi fil-liġi tal-Unjoni fil-liġi domestika tagħha fis-settur tal-enerġija, kif elenkati fl-Anness XXVII-B. B'mod partikolari, kwalunkwe att li jikkorrispondi għal:

    (a)

    Regolament jew Deċiżjoni tal-UE għandhom isiru parti mill-ordni legali intern tal-Ukrajna;

    (b)

    Direttiva tal-UE għandha tħalli l-għażla tal-forma u l-metodu ta' implimentazzjoni f'idejn l-awtoritajiet tal-Ukrajna;

    (c)

    Regolament tal-Kummissjoni Ewropea dwar kodiċi tan-netwerk fis-setturi tal-elettriku jew tal-gass għandu jsir parti mill-ordni legali intern tal-Ukrajna mingħajr tibdil fl-istruttura u t-test tar-Regolament minbarra t-traduzzjoni, sakemm dawn il-bidliet ma jiġux indikati kif meħtieġ mill-Kummissjoni Ewropea.

    3.

    L-Ukrajna għandha żżomm lura minn kwalunkwe azzjoni li timmina l-għan jew l-eżitu tal-approssimazzjoni tal-liġi domestika tagħha għall-acquis tal-UE fis-settur tal-enerġija, kif elenkat fl-Anness XXVII-B.

    4.

    L-Ukrajna għandha tirrevoka d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tagħha jew twaqqaf il-prattiki domestiċi li jkunu inkonsistenti mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi domestika tagħha approssimata mal-liġi tal-Unjoni fis-settur tal-enerġija, kif elenkat fl-Anness XXVII-B.

    Konsultazzjonijiet

    5.

    L-Ukrajna għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-acquis tal-UE ta' kwalunkwe proposta leġiżlattiva fl-oqsma li għandhom jiġu approssimati mal-atti legali elenkati fl-Anness XXVII-B, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. L-obbligu ta' konsultazzjoni jinkludi l-proposti għal modifika għall-att leġiżlattiv nazzjonali diġà approssimat, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-proposta.

    6.

    Il-Gvern tal-Ukrajna jista' jikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-acquis tal-UE ta' kwalunkwe proposta għal att li jimplimenta l-leġiżlazzjoni fis-settur tal-enerġija, li kien jew li għandu jiġi approssimat għall-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B. Jekk il-Gvern tal-Ukrajna jiddeċiedi li jikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea dwar att bħal dan, għandu japplika l-punt (7).

    7.

    L-Ukrajna għandha toqgħod lura milli tapplika xi att ppreżentat għall-konsultazzjoni kif imsemmi fil-punti (5) u (6) qabel mal-Kummissjoni Ewropea tkun ivvalutat il-kompatibbiltà tal-att propost mal-acquis tal-UE rilevanti u fejn l-Kummissjoni Ewropea tkun ikkonkludiet li l-att propost huwa inkompatibbli mal-istess acquis tal-UE.

    8.

    Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mill-Kummissjoni Ewropea tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-att propost, jew ta' partijiet minnu, li l-Kummissjoni Ewropea tqis inkompatibbli mal-acquis tal-UE. Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkonsulta lis-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija jew torganizza missjonijiet ta' esperti, skont kif tqis xieraq. Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà għandha tiġi konkluża fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-att propost, jew perjodu itwal kif jista' jiġi miftiehem bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ukrajna. Fin-nuqqas ta' tweġiba mill-Kummissjoni Ewropea f'dak il-perjodu, l-Ukrajna tista' ddaħħal fis-seħħ l-att propost. In-nuqqas ta' tweġiba f'dak il-perjodu ma għandux jimplika li l-Kummissjoni Ewropea tqis li l-att propost huwa kompatibbli mal-acquis tal-UE.

    9.

    L-Ukrajna tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea l-verżjoni finali ta' kull att fl-oqsma li għandhom jiġu approssimati għall-acquis tal-UE elenkati fl-Anness XXVII-B jew li timmodifika leġiżlazzjoni domestika approssimata f'dawk l-oqsma.

    10.

    Il-Gvern tal-Ukrajna jista' jġib kwalunkwe att jew proposta oħra fi kwistjonijiet ta' enerġija koperti minn dan il-Ftehim għall-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitlob opinjoni mhux vinkolanti dwar il-kompatibbiltà tal-att mal-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B.

    11.

    Il-partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kif stipulat f'dan l-Anness permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

    Rapportar lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

    12.

    Qabel il-laqgħa annwali tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-opinjonijiet kollha mitluba minn u maħruġa lill-Ukrajna taħt dan l-Anness rigward il-konformità tal-atti domestiċi tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE.

    13.

    L-Ukrajna għandha tirrapporta bil-miktub lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tliet xhur qabel il-laqgħa annwali tagħha, dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur tal-enerġija, abbażi tal-acquis tal-UE elenkat fl-Anness XXVII-B. Dan ir-rapport għandu jindirizza fid-dettall il-mod li bih l-Ukrajna tikkunsidra l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fl-atti adottati tiegħu kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet adottati.

    14.

    Ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ għandhom jitressqu għad-diskussjoni fil-korpi rilevanti kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim, inkluż għall-fini tar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 475(4) tal-Ftehim.

    ANNESS XXVII-B

    OBBLIGI TA' APPROSSIMAZZJONI TAL-UKRAJNA FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA

    L-Ukrajna tidħol għall-impenn li gradwalment tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni li ġejja tal-UE fl-iskedi ta' żmien stipulat:

    1.

    L-acquis tal-UE li l-Ukrajna impenjat ruħha li timplimenta fil-qafas tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija. L-iskadenzi miftiehma fihom għandhom japplikaw għal dan l-Anness.

    Elettriku

    Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE

    Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003

    Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa

    Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 tat-23 ta' Settembru 2010 dwar l-iffissar ta' linji gwida għall-mekkaniżmu ta' kumpens lil operaturi tas-sistemi ta' inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1388 tas-17 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar il-konnessjoni tad-domanda

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 tal-14 ta' April 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1447 tas-26 ta' Awwissu 2016 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar ir-rekwiżiti għall-konnessjoni mal-grilja ta' sistemi ta' kurrent dirett b'vultaġġ għoli u ta' moduli ta' parks tal-enerġija konnessi b'kurrent dirett

    Ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE

    Gass

    Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE

    Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta' April 2004 li għandha x'taqsam mal-miżuri biex tissalvagwardja is-sigurtà tal-provvista ta' gass naturali

    Ir-Regolament (UE) 2015/703 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk għar-regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta' data

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar il-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità fis-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/460 tas-16 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar strutturi tat-tariffi ta' trażmissjoni armonizzati għall-gass

    Sorsi ta' enerġija rinnovabbli

    Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

    Żejt

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi

    L-infrastruttura tal-enerġija

    Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

    L-effiċjenza tal-enerġija

    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni:

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013 u (UE) Nru 812/2013 dwar it-tikkettar ta' prodotti b'rabta mal-enerġija fuq l-Internet;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013, (UE) Nru 65/2014, (UE) Nru 1254/2014, (UE) 2015/1094, (UE) 2015/1186 u (UE) 2015/1187 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri tal-verifika;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta' Ottubru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti;

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta' Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta' magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f'daqqa;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kabinetti għall-ħżin refriġeranti professjonali;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali;

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari;

    2.

    L-acquis tal-UE li għandu jiġi implimentat mill-Ukrajna, lil hinn mill-obbligi tal-Ukrajna fi ħdan it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.

    Gass

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati sal-31 ta' Diċembru 2019

    Il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-idrokarburi

    Id-Direttiva 94/22/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, bil-kunsiderazzjoni tal-Artikoli (279 u 280) tad-dispożizzjonijiet dwar l-enerġija relatati mal-kummerċ koperti mill-Kapitolu 11 (Enerġija relatata mal-Kummerċ) tat-Titolu IV (Kummerċ u affarijiet relatati mal-Kummerċ)

    L-effiċjenza tal-enerġija – ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati sal-30 ta' Ġunju 2019.

    Effiċjenza tal-enerġija – ekodisinn

    Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2009/125/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta' verifika

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta' Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 tas-7 ta' Lulju 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal units ta' ventilazzjoni

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta' Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għal ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta' Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal vacuum cleaners

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta' Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta' Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2012 tal-11 ta' Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta' Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal pompi tal-ilma

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta' Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta' Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b' discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dijodu li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2009 tat-18 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn ta' radjazzjoni ultravjola ta' lampi domestiċi nondirezzjonali

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2010 tal-21 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għat-televixins

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal muturi tal-elettriku

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal muturi tal-elettriku + Rettifika ĠU L 46, 19.2.2011

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta' April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f'kundizzjoni ta' mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta' provvisti tal-elettriku esterni, kif emendat

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal-4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi, kif emendat

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija, kif emendat

    Skeda ta' żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi, kif emendat

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar, kif emendat

    Skeda ta' żmien: l-iskeda għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandha tiġi determinata sal-31 ta' Diċembru 2021

    Nukleari

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta' Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv

    Skeda ta' żmien: Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim


    Top