This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D0180
Decision of the EEA Joint Committee No 68/2017 of 5 May 2017 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2019/180]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/180]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/180]
ĠU L 36, 7.2.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 68/2017
tal-5 ta' Mejju 2017
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/180]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 151 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:
“152. |
32016 D 2008: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51).
Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.