Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1190

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 254/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/1190]

    ĠU L 215, 23.8.2018, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1190/oj

    23.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 215/52


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 254/2016

    tat-2 ta' Diċembru 2016

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/1190]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (1).

    (2)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-Artikolu 15(9) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

    “L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-kooperazzjoni prevista fl-atti tal-UE li ġejjin:

    32014 D 0573: Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).

    L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu parteċipanti sħaħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord tan-Netwerk.

    32016 D 0344: Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Bergdís ELLERTSDÓTTIR


    (1)  ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top