EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0809

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2017 tat-13 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/809]

ĠU L 142, 7.6.2018, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/809/oj

7.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2017

tat-13 ta' Ġunju 2017

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/809]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għal servizzi finanzjarji.

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(11) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2016” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2016 u 2017”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top