Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0445

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/445]

    ĠU L 80, 22.3.2018, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/445/oj

    22.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 80/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 187/2016

    tat-23 ta’ Settembru 2016

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/445]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2014/28/UE tħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/15/KEE (2) u 2004/57/KE (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom ikunu imħassrin skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XXIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE) għandu jiġi sostitwit bi:

    32014 L 0028: Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1).”

    2.

    It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE) jitħassar.

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva 2014/28/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Bergdís ELLERTSDÓTTIR


    (1)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

    (3)  ĠU L 127, 29.4.2004, p. 73.

    (*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top