Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0374

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/374]

ĠU L 73, 15.3.2018, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/374/oj

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 152/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/374]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 tat-12 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 29e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1605: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 tat-12 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1605 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 249, 25.9.2015, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top