EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017X1024(01)

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra

ĠU L 273, 24.10.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (1)

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan taw notifika dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra, fit-3 ta' Ottubru 2017. Għaldaqstant, il-Ftehim japplika proviżorjament skont l-Artikolu 59(3) ta' dan il-Ftehim mill-1 ta' Diċembru 2017 'il quddiem.

Bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/434 tat-13 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati proviżorjament bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, iżda biss sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, inklużi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni biex tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:

 

Artikolu 2 (Prinċipji ġenerali);

 

Artikolu 3 (Djalogu politiku);

 

Artikolu 4 (Drittijiet tal-bniedem);

 

Artikolu 5 (Ugwaljanza bejn is-sessi);

 

Titolu III (Kooperazzjoni għall-iżvilupp);

 

Titolu IV (Kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment);

 

Artikolu 28 (Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni);

 

Titolu VII (Kooperazzjoni reġjonali);

 

Titolu VIII (Qafas istituzzjonali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim;

 

Titolu IX (Dispożizzjonijiet finali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 3.


Top