Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2292

    Id-Deċiżjoni Nru 54/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-24 ta' Novembru 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2292]

    ĠU L 328, 12.12.2017, p. 140–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2292/oj

    12.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 328/140


    ID-DEĊIŻJONI Nru 54/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

    tal-24 ta' Novembru 2017

    relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2292]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

    2.

    Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

    F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

    James C. SANFORD

    Iffirmata f'Washington DC, fil-15 ta' Novembru 2017

    F'isem l-Unjoni Ewropea

    Ignacio IRUARRIZAGA

    Iffirmata fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 2017


    HEMŻA A

    Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

    Emilab Srl

    Via F. lli Solari 5/A

    33020 Amaro (UD)

    L-ITALJA


    Top