Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1895

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2016 tat-18 ta' Marzu 2016 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1895]

ĠU L 270, 19.10.2017, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1895/oj

19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2016

tat-18 ta' Marzu 2016

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1895]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2014 minn ċerti varjetajiet ta' għeneb tal-inbid f'ċerti reġjuni ta' vitikultura, jew f'partijiet minnhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Il-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdiedu wara l-punt 13 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2013) tal-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:

“14.

32014 R 1271: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2014 minn ċerti varjetajiet ta' għeneb tal-inbid f'ċerti reġjuni ta' vitikultura, jew f'partijiet minnhom (ĠU L 344, 29.11.2014, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1271/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Marzu 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 344, 29.11.2014, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top