This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1822
Decision of the EEA Joint Committee No 311/2015 of 11 December 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex IV (Energy) to the EEA Agreement [2017/1822]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 311/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1822]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 311/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1822]
ĠU L 263, 12.10.2017, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 311/2015
tal-11 ta’ Diċembru 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1822]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 65/2014 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE (3) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(4) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 4t (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013):
|
3. |
Jitħassar it-test tal-punt 4 g (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE). |
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 11t (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013):
|
3. |
Jitħassar it-test tal-punt 11 g (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE). |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 65/2014, kif korretti minn ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26 u r-Regolament (UE) Nru 66/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(2) ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33.
(3) ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.
(4) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni.”
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.