This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1313
Decision of the EEA Joint Committee No 30/2016 of 5 February 2016 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement [2017/1313]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]
ĠU L 189, 20.7.2017, pp. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 30/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta' dejta ġeografika (2) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1jc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009) b'effett mill-31 ta' Diċembru 2017:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 1je (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010):
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-data msemmija fl-Artikolu 14a għandha tinftiehem bħala li tinkludi perjodu addizzjonali ta' tliet snin.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1311/2014 u (UE) Nru 1312/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6.
(2) ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.