Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1069

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 280/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport), il-Protokoll 31 (dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet) u l-Protokoll 37 (li fiha l-lista prevista fl-Artikolu 101) fil-Ftehim ŻEE [2017/1069]

    ĠU L 161, 22.6.2017, p. 68–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1069/oj

    22.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/68


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 280/2015

    tat-30 ta' Ottubru 2015

    li temenda l-Anness XIII (Trasport), il-Protokoll 31 (dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet) u l-Protokoll 37 (li fiha l-lista prevista fl-Artikolu 101) fil-Ftehim ŻEE [2017/1069]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport trans-Ewropew u tħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1).

    (2)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 iħassar id-Direttiva 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness XIII u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5 tal-Artikolu 12 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:

    “6.   L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mill-att tal-Unjoni li ġej:

    32013 R 1315: Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

    L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-kumitat stabbilit bl-Artikolu 52 tar-Regolament.”

    Artikolu 2

    It-test tal-punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE huwa mħassar.

    Artikolu 3

    It-test tal-punt 4 tal-Protokoll 37 fil-Ftehim ŻEE huwa mħassar.

    Artikolu 4

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni Nru 280/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE

    “F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, adattamenti għall-mapep indikattivi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport estiż għal pajjiżi terzi speċifiċi, kif stabbilit fl-Anness III, huma bbażati fuq arranġamenti ta' livelli għolja dwar in-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati. L-Istati tal-EFTA jistiednu lill-Unjoni biex tqis il-modifiki li ġejjin dwar il-mapep relatati mat-territorji tagħhom u biex tikkonferma li ftehim ta' livell għoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49(6) intlaħaq:

    L-ajruport Vestmannaeyjar fl-Iżlanda għandu jitneħħa min-netwerk komprensiv.

    Il-port marittimu Landeyjahöfn fl-Iżlanda għandu jiżdied man-netwerk komprensiv.

    It-18-il km ta' medda ta' triq fuq l-E18 fil-belt ta' Oslo fin-Norveġja għandha tiġi sostitwita mal-medda tat-triq parallela fuq E6 bħal parti min-netwerk ewlieni.

    L-ajruporti Rygge u Ørland fin-Norveġja għandhom jiżdiedu man-netwerk komprensiv.

    Il-portijiet marittimi Kirkenes u Mo i Rana fin-Norveġja għandhom jiżdiedu man-netwerk komprensiv.

    Il-portijiet marittimi Sandefjord u Ålesund fin-Norveġja għandhom jitneħħew minn netwerk komprensiv.

    Il-portijiet marittimi Grenland u Karmsund fin-Norveġja għandhom jissostitwixxu Porsgrunn u Kopervik rispettivament fin-netwerk komprensiv.”


    Dikjarazzjoni mill-UE għad-Deċiżjoni Nru 280/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE

    “L-Unjoni tieħu nota tal-adattamenti tal-mapep proposti mill-Istati tal-EFTA. Tikkonferma li l-bidliet mitluba jikkonformaw mal-kriterji relevanti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (minn hawn 'il quddiem ‘ir-Regolament’) u konsegwentement li ftehim ta' livell għoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament ġie milħuq. Dan il-ftehim ta' livell għoli se jintuża bħala bażi għall-adattament tal-Anness III tar-Regolament fir-rigward ta' mapep indikattivi għall-Istati tal-EFTA kkonċernati. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49(6) ta' dan ir-Regolament.”


    Top