EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1060

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 271/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1060]

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1060/oj

22.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 271/2015

tat-30 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1060]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/516 tas-26 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 874/2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju tal-Ogħla Livell.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 5oab (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 874/2004) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32015 R 0516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/516 tas-26 ta' Marzu 2015 (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 14).”

2.

It-test tal-adattament huwa mħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/516 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)  ĠU L 82, 27.3.2015, p. 14.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top