This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1055
Decision of the EEA Joint Committee No 266/2015 of 30 October 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/1055]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 266/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1055]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 266/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1055]
ĠU L 161, 22.6.2017, p. 51–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 266/2015
tat-30 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1055]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1475 tas-27 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 284/2013 fir-rigward tal-miżuri tranżitorji li japplikaw għall-proċeduri li jikkonċernaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32015 R 1475: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1475 tas-27 ta' Awwissu 2015 (ĠU L 225, 28.8.2015, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1475 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(1) ĠU L 225, 28.8.2015, p. 10.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.