This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0515
Decision of the EEA Joint Committee No 208/2015 of 25 September 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/515]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/515]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/515]
ĠU L 85, 30.3.2017, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 208/2015
tal-25 ta' Settembru 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/515]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2015 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2015/254 tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b'hekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 54g (id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE) fil-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi sostitwit b'li ġej:
“54 g. |
32015 L 0254: Id-Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2015 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/254 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Ingrid SCHULERUD
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.