This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0266
Decision No 1/2016 of the EU-Republic of Moldova customs sub-Committee of 6 October 2016 replacing Protocol II to the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and the Republic of Moldova, of the other part, concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation [2017/266]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tas-Sottokumitat Doganali tal-UE u tar-Repubblika tal-Moldova tas-6 ta' Ottubru 2016 li tissostitwixxi l-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva [2017/266]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tas-Sottokumitat Doganali tal-UE u tar-Repubblika tal-Moldova tas-6 ta' Ottubru 2016 li tissostitwixxi l-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva [2017/266]
ĠU L 39, 16.2.2017, pp. 45–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/45 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tas-6 ta' Ottubru 2016
li tissostitwixxi l-Protokoll II tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva [2017/266]
IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Protokoll II għal dak il-Ftehim li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 144(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll II tal-Ftehim (“il-Protokoll II”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprevedi l-kumulazzjoni tal-oriġini bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova. |
|
(2) |
Il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet rigward il-kwistjonijiet tal-kummerċ u dawk relatati mal-kummerċ fil-Ftehim, inkluż il-Protokoll II, ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(3) |
L-Artikolu 38 tal-Protokoll II jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali previst fl-Artikolu 200 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll. |
|
(4) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostittwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini attwalment fis-seħħ fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed.. |
|
(5) |
L-Unjoni ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2 tal-21 ta' Mejju 2014 (3), il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li jistieden lir-Repubblika tal-Moldova biex taderixxi mal-Konvenzjoni. |
|
(6) |
L-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova ddepożitaw l-istrument tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fil-31 ta' Lulju 2015, rispettivament. Għaldaqstant, bis-saħħa tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Unjoni u fir-Repubblika tal-Moldova fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2015, rispettivament. |
|
(7) |
Għalhekk il-Protokoll II għandu sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll II ghall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li jikkonċernza ddefinizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2016.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ottubru 2016.
Għas-Sottokumitat Doganali
Il-President
P. KOVACS
Is-Segretarji
O. ZIKUNA
N. CALENIC
ANNESS
“IL-PROTOKOLL II
DWAR ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' ‘PRODOTTI ORIĠINARJI’ U L-METODI TA' KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 1
Regoli tal-oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II ghall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġinipan-Ewro-Mediterranji (1) (‘il-Konvenzjoni’).
2. Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li qed jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Riżoluzzjoni tat-tilwim
1. Meta jinqala' xi tilwim rigward il-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, li ma jkunx jista' jiġi riżolt bejn l-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali responsabbli biex iwettqu dik il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem is-Sottokumitat Doganali. Id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-Kapitolu 14(Riżoluzzjoni tat-Tilwim) tat-Titolu V (Kwistjonijiet tal-Kummerċ u relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw.
2. Fil-każijiet kollha ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha timxi skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi fil-Protokoll
Is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Moldova javżaw bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni bl-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova għandhom jibdew negozjati minnufih dwar ir-regoli tal-oriġini għall-fini ghall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini negozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, għandhom ikomplu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — kumulazzjoni
Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, u r-Repubblika tal-Moldova, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.”