This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0147
Decision No 1/2016 of the EU-Bosnia and Herzegovina Stabilisation and Association Council of 9 December 2016 replacing Protocol 2 to the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and Bosnia and Herzegovina, of the other part, concerning the definition of the concept of ‘originating products’ and methods of administrative cooperation [2017/147]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina tad-9 ta' Diċembru 2016 li tissostitwixxi l-Protokoll 2 għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [2017/147]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina tad-9 ta' Diċembru 2016 li tissostitwixxi l-Protokoll 2 għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [2017/147]
ĠU L 22, 27.1.2017, pp. 82–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/82 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA
tad-9 ta' Diċembru 2016
li tissostitwixxi l-Protokoll 2 għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [2017/147]
Il-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U L-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA,
Wara li kkunsidra il-Ftehim ta'Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 2 għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 42 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jirreferi għall-Protokoll 2 għall-Ftehim (“Protokoll 2”), li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprevedi l-kumulazzjoni tal-oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Bożnija-Ħerzegovina, it-Turkija u kull pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Artikolu 39 tal-Protokoll 2 jipprevedi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni stabbilit fl-Artikolu 115 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini attwalment fis-seħħ fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed. Il-Bożnija-Ħerzegovina u parteċipanti l-oħra fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jaderixxu mas-sistema pan-Ewropea ta' kumulazzjoni djagonali tal-oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jaderixxu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007. Il-Konvenzjoni inkludiet ukoll lir-Repubblika tal-Moldova fiż-żona Pan-Ewro-Mediterranja tal-kumulazzjoni tal-oriġini. |
|
(4) |
L-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fl-24 ta' Settembru 2013 rispettivament. |
|
(5) |
L-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fis-26 ta' Settembru 2014 rispettivament. Konsegwentement, bis-saħħa tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Novembru 2014 rispettivament. |
|
(6) |
Il-Protokoll 2 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni
Il-President
D. ZVIZDIĆ
ANNESS
PROTOKOLL 2
DWAR ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' “PRODOTTI ORIĠINARJI” U METODI TA' KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 1
Regoli tal-oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
2. Ir-referenzi kollha għal “Ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Riżoluzzjoni tat-tilwim
1. Meta jirriżulta xi tilwim fir-rigward tal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jiġi riżolut bejn l-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali responsabbli li jagħmlu din il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
2. Fil-każijiet kollha r-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha ssir taħt il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Bożnija-Ħerzegovina jinnotifikaw bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina għandhom immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini nnegozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, għandhom ikomplu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti l-kumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet tranżitorji — kumulazzjoni
Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u r-Repubblika tal-Moldova, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.