EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D2208

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2208]

ĠU L 341, 15.12.2016, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2208/oj

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 173/2015

tal-11 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2208]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li dik il-kooperazzjoni estiża tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 5 u 13 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2014” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2014 u 2015”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top