Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D2187

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/2187]

    ĠU L 341, 15.12.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2187/oj

    15.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 152/2015

    tal-11 ta' Ġunju 2015

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/2187]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/491 tat-23 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32015 R 0491: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/491 tat-23 ta' Marzu 2015 (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 12).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2015/491 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 78, 24.3.2015, p. 12.

    (*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top