This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D2028
Decision No 2/2016 of the EU-Republic of Moldova Association Committee in Trade configuration of 19 October 2016 updating Annex XXIX to the Association Agreement [2016/2028]
Deċiżjoni Nru 2/2016 tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tad-19 ta' Ottubru 2016 li taġġorna l-Anness XXIX tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [2016/2028]
Deċiżjoni Nru 2/2016 tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tad-19 ta' Ottubru 2016 li taġġorna l-Anness XXIX tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [2016/2028]
ĠU L 313, 19.11.2016, p. 36–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/36 |
DEĊIŻJONi Nru 2/2016 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ
tad-19 ta' Ottubru 2016
li taġġorna l-Anness XXIX tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni [2016/2028]
IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 269, l-Artikolu 273 u l-Artikolu 436 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 269(5) tal-Ftehim il-limiti massimi tal-valuri għal kuntratti ta' akkwist pubbliku stipulati fl-Anness XXIX-A għandhom jiġu riveduti b'mod regolari kull sentejn, b'bidu mis-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u tali reviżjoni għandha tiġi adottata permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 273 tal-Ftehim ir-Repubblika tal-Moldova għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku gradwalment issir konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti skont l-iskeda pprovduta mill-Anness XXIX tal-Ftehim. |
(4) |
Diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness XXIX għall-Ftehim ġew emendati, riformulati jew imħassra u sostitwiti minn atti ġodda tal-Unjoni sa mill-bidu tal-Ftehim fid-29 ta' Novembru 2013. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat u nnotifikat l-atti li ġejjin lir-Repubblika tal-Moldova:
|
(5) |
Id-Direttivi l-ġodda msemmija hawn fuq emendaw il-valuri minimi għal kuntratti ta' akkwist pubbliku previsti fl-Anness XXIX-A. |
(6) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi aġġornat l-Anness XXIX tal-Ftehim sabiex jirrifletti l-bidliet li saru fl-acquis tal-Unjoni elenkat f'dak l-Anness, f'konformità mal-Artikolu 269, l-Artikolu 273 u l-Artikolu 436 tal-Ftehim. |
(7) |
L-acquis l-ġdid tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku għandu struttura ġdida. Huwa xieraq li din l-istruttura ġdida tiġi riflessa fl-Anness XXIX. Fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness XXIX għandu jiġi aġġornat fl-intier tiegħu u jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk huwa xieraq li jiġi kkunsidrat il-progress li sar mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta' approssimazzjoni għall-acquis tal-Unjoni. |
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 436(3) tal-Ftehim il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova jenħtieġ li jkollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ta s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ bid-Deċiżjoni Nru 3/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 sabiex jaġġorna jew jemenda ċerti annessi relatati mal-kummerċ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XXIX tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ
P. SOURMELIS
Il-President
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
(3) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(4) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
ANNESS
L-Anness XXIX għall-Ftehim huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS XXIX
AKKWIST PUBBLIKU
ANNESS XXIX-A
LIMITI
1. |
Il-limiti tal-valur imsemmija fl-Artikolu 269(3) ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu għaż-żewġ Partijiet:
|
2. |
Il-limiti tal-valur imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adattati biex jirriflettu l-limiti applikabbli skont id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. |
ANNESS XXIX-B
Skeda ta' żmien indikattiva għar-riforma istituzzjonali, l-approssimazzjoni tal-liġijiet u l-aċċess għas-suq
Fażi |
|
Skeda ta' żmien indikattiva |
Aċċess għas-suq mogħti lill-UE mir-Repubblika tal-Moldova |
Aċċess għas-suq mogħti lir-Repubblika tal-Moldova mill-UE |
|
1. |
L-implimentazzjoni tal-Artikolu 270(2) u l-Artikolu 271 ta' dan il-Ftehim Ftehim tal-Istrateġija tar-Riforma stipulat fl-Artikolu 272 ta' dan il-Ftehim |
disa' (9) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. |
Provvisti għall-awtoritajiet tal-gvern ċentrali |
Provvisti għall-awtoritajiet tal-gvern ċentrali |
|
2. |
Approssimazzjoni u implimentazzjoni tal-elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/24/UE u tad-Direttiva 89/665/KEE |
Ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |
Provvisti għal awtoritajiet u korpi statali, reġjonali u lokali rregolati mil-liġi pubblika |
Provvisti għal awtoritajiet u korpi statali, reġjonali u lokali rregolati mil-liġi pubblika |
Annessi XXIX-C u XXIX-N |
Approssimazzjoni u implimentazzjoni tal-elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/25/UE u tad-Direttiva 92/13/KEE |
Ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |
Provvisti għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet |
Provvisti għall-entitajiet kontraenti kollha |
Annessi XXIX-G u XXIX-Q |
|
Approssimazzjoni u implimentazzjoni ta' elementi oħrajn tad-Direttiva 2014/24/UE |
Ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |
Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha |
Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha |
Annessi XXIX-D, XXIX-E, u XXIX-O |
|
3 |
Approssimazzjoni u implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE |
Sitt (6) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |
Konċessjonijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha |
Konċessjonijiet għall-awtoritajiet kontraenti kollha |
Annessi XXIX-K u XXIX-L |
4 |
Approssimazzjoni u implimentazzjoni ta' elementi oħrajn tad-Direttiva 2014/25/UE |
Tmien (8) snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim |
Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet |
Kuntratti ta' servizzi u ta' xogħlijiet għall-entitajiet kontraenti kollha fis-settur tal-utilitajiet |
Annessi XXIX-H, XXIX-I u XXIX-R |
ANNESS XXIX-C
Elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE
(Fażi 2)
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet |
|
Taqsima 1 |
Is-suġġett u d-definizzjonijiet |
|
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2, 5 u 6 |
|
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: Punti (1), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (13), (18), (19), (20), (22), (23) u (24) tal-paragrafu 1 |
|
Artikolu 3 |
Akkwist imħallat |
|
Taqsima 2 |
Limiti |
|
Artikolu 4 |
Limiti massimi |
|
Artikolu 5 |
Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta' akkwist |
|
Taqsima 3 |
Esklużjonijiet |
|
Artikolu 7 |
Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali |
|
Artikolu 8 |
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi |
|
Artikolu 9 |
Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta' disinn organizzati skont regoli internazzjonali |
|
Artikolu 10 |
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta' servizzi |
|
Artikolu 11 |
Kuntratti ta' servizz mogħtija abbażi ta' dritt esklussiv |
|
Artikolu 12 |
Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku |
|
Taqsima 4 |
Sitwazzjonijiet speċifiċi |
|
Subtaqsima 1 |
Kuntratti ssussidjati u servizzi ta' riċerka u żvilupp |
|
Artikolu 13 |
Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti |
|
Artikolu 14 |
Servizzi ta' riċerka u żvilupp |
|
Subtaqsima 2 |
Akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà |
|
Artikolu 15 |
Difiża u sigurtà |
|
Artikolu 16 |
Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà |
|
Artikolu 17 |
Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta' disinn li jinvolvu aspetti ta' difiża jew sigurtà li jingħataw jew jiġu organizzati skont ir-regoli internazzjonali |
|
|
|
|
KAPITOLU II |
Regoli ġenerali |
|
Artikolu 18 |
Prinċipji ta' akkwist |
|
Artikolu 19 |
Operaturi ekonomiċi |
|
Artikolu 21 |
Kunfidenzjalità |
|
Artikolu 22 |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni: paragrafi 2-6 |
|
Artikolu 23 |
Nomenklaturi |
|
Artikolu 24 |
Kunflitti ta' interess |
|
|
|
|
TITOLU II |
Regoli dwar kuntratti pubbliċi |
|
|
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
|
Artikolu 26 |
Għażla tal-proċeduri: paragrafi 1, 2, punt (a) tal-paragrafu 4, paragrafi 5 u 6 |
|
Artikolu 27 |
Proċedura miftuħa |
|
Artikolu 28 |
Proċedura ristretta |
|
Artikolu 29 |
Proċedura kompetittiva bin-negozjar |
|
Artikolu 32 |
Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel |
|
|
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
|
Taqsima 1 |
Tħejjija |
|
Artikolu 40 |
Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq |
|
Artikolu 41 |
Involviment minn qabel ta' kandidati jew offerenti |
|
Artikolu 42 |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
|
Artikolu 43 |
Tikketti |
|
Artikolu 44 |
Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta' prova: il-paragrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 45 |
Varjanti |
|
Artikolu 46 |
Tqassim ta' kuntratti f'lottijiet |
|
Artikolu 47 |
Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien |
|
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u trasparenza |
|
Artikolu 48 |
Avviżi informattivi minn qabel |
|
Artikolu 49 |
Avviżi dwar kuntratti |
|
Artikolu 50 |
Avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt: il-paragrafi 1 u 4 |
|
Artikolu 51 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 |
|
Artikolu 53 |
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist |
|
Artikolu 54 |
Stediniet lill-kandidati |
|
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u għoti ta' kuntratti |
|
Artikolu 56 |
Prinċipji ġenerali |
|
Subtaqsima 1 |
Kriterji għall-għażla kwalitattiva |
|
Artikolu 57 |
Raġunijiet għall-esklużjoni |
|
Artikolu 58 |
Kriterji ta' għażla |
|
Artikolu 59 |
Id-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist: paragrafu 1 mutatis mutandis u paragrafu 4 |
|
Artikolu 60 |
Mezzi ta' prova |
|
Artikolu 62 |
Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 63 |
Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra |
|
Subtaqsima 2 |
Tnaqqis tan-numru ta' kandidati, offerti u soluzzjonijiet |
|
Artikolu 65 |
Tnaqqis tan-numru ta' kandidati li mill-bqija jkunu kwalifikati li għandhom jiġu mistiedna jieħdu seheh |
|
Artikolu 66 |
Tnaqqis tan-numru ta' offerti u soluzzjonijiet |
|
Subtaqsima 3 |
Għoti tal-kuntratt |
|
Artikolu 67 |
Kriterji għall-għoti tal-kuntratt |
|
Artikolu 68 |
Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja: paragrafi 1 u 2 |
|
Artikolu 69 |
Offerti baxxi wisq: paragrafi 1-4 |
|
|
|
|
KAPITOLU IV |
Twettiq tal-kuntratt |
|
Artikolu 70 |
Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratti |
|
Artikolu 71 |
Sottokuntrattar |
|
Artikolu 72 |
Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom |
|
Artikolu 73 |
Tmiem ta' kuntratti |
|
|
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
|
|
KAPITOLU I |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
|
Artikolu 74 |
Għoti ta' kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
|
Artikolu 75 |
Pubblikazzjoni ta' avviżi |
|
Artikolu 76 |
Prinċipji għall-għoti ta' kuntratti |
|
|
|
|
ANNESSI |
||
Anness II |
Lista ta' attivitajiet imsemmija fil-punt (6)(a) tal-Artikolu 2(1) |
|
Anness III |
Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 4(b) fir-rigward ta' kuntratti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti fil-qasam tad-difiża |
|
Anness IV |
Rekwiżiti relatati mal-għodod u l-istrumenti għar-riċevuta elettronika ta' offerti, talbiet għal parteċipazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti f'kompetizzjonijiet ta' disinn |
|
Anness V |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi |
|
|
Parti A |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-pubblikazzjoni ta' avviż informattiv minn qabel fuq profil ta' xerrej |
|
Parti B |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi informattivi minn qabel (kif imsemmija fl-Artikolu 48) |
|
Parti C |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif stipulat fl-Artikolu 49) |
|
Parti D |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi ta' għoti ta' kuntratti (kif imsemmija fl-Artikolu 50) |
|
Parti G |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' modifiki ta' kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif imsemmi fl-Artikolu 72(1)) |
|
Parti H |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' kuntratti li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif imsemmija fl-Artikolu 75(1)) |
|
Parti I |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' informazzjoni minn qabel dwar is-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif imsemmi fl-Artikolu 75(1)) |
|
Parti J |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi ta' għoti ta' kuntratt li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif imsemmija fl-Artikolu 75(2)) |
Anness VII |
Definizzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi |
|
Anness IX |
Kontenut tal-istediniet għas-sottmissjoni ta' offerta, għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għal konferma tal-interess stipulati fl-Artikolu 54 |
|
Anness X |
Lista ta' konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali msemmija fl-Artikolu 18(2) |
|
Anness XII |
Mezzi ta' prova tal-kriterji tal-għażla |
|
Anness XIV |
Servizzi msemmija fl-Artikolu 74 |
ANNESS XXIX-D
Elementi oħra mandatorji tad-Direttiva 2014/24/UE
(Fażi 2)
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet |
|
Taqsima 1 |
Is-suġġett u d-definizzjonijiet |
|
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: punt (21) tal-paragrafu 1 |
|
Artikolu 22 |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni: paragrafu 1 |
|
|
|
|
TITOLU II |
Regoli dwar kuntratti pubbliċi |
|
|
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
|
Artikolu 26 |
Għażla tal-proċeduri: paragrafu 3 u punt (b) tal-paragrafu 4 |
|
Artikolu 30 |
Djalogu kompetittiv |
|
Artikolu 31 |
Sħubija għall-innovazzjoni |
|
|
|
|
KAPITOLU II |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
|
Artikolu 33 |
Ftehimiet qafas |
|
Artikolu 34 |
Sistemi dinamiċi ta' xiri |
|
Artikolu 35 |
Irkantijiet elettroniċi |
|
Artikolu 36 |
Katalogi elettroniċi |
|
Artikolu 38 |
Akkwisti konġunti okkażjonali |
|
|
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
|
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u trasparenza |
|
Artikolu 50 |
Avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt: paragrafi 2 u 3 |
|
|
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
|
|
KAPITOLU II |
Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet tad-disinn |
|
Artikolu 78 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
Artikolu 79 |
Avviżi |
|
Artikolu 80 |
Regoli dwar l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet ta' disinn u l-għażla tal-parteċipanti |
|
Artikolu 81 |
Kompożizzjoni tal-ġurija |
|
Artikolu 82 |
Deċiżjonijiet tal-ġurija |
|
|
|
|
ANNESSI |
||
Anness V |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi |
|
|
Parti E |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi tal-kompetizzjoni tad-disinn (kif imsemmija fl-Artikolu 79(1)) |
|
Parti F |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi tar-riżultati ta' kompetizzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 79(2)) |
Anness VI |
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-irkantijiet elettroniċi (Artikolu 35(4)) |
ANNESS XXIX-E
Elementi oħra mhux mandatorji tad-Direttiva 2014/24/UE
(Fażi 2)
L-elementi tad-Direttiva 2014/24/UE stipulati f'dan l-Anness mhumiex mandatorji iżda rakkomandati għall-approssimazzjoni. Ir-Repubblika tal-Moldova tista' tapprossima dawn l-elementi fiż-żmien stipulat fl-Anness XXIX-B.
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet |
Taqsima 1 |
Is-suġġett u d-definizzjonijiet |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: punti (14) u (16) tal-paragrafu 1 |
Artikolu 20 |
Kuntratti riżervati |
|
|
KAPITOLU II |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
Artikolu 37 |
Attivitajiet ċentralizzati ta' akkwist u korpi ċentrali ta' akkwist |
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u għoti ta' kuntratti |
Artikolu 64 |
Listi uffiċjali ta' operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti fil-liġi pubblika jew privata |
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
KAPITOLU I |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 77 |
Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi |
ANNESS XXIX-F
Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-approssimazzjoni
L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet |
Taqsima 1 |
Suġġett u definizzjonijiet |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 3 u 4 |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: paragrafu 2 |
Taqsima 2 |
Limiti |
Artikolu 6 |
Reviżjoni tal-livelli limitu stabbiliti u tal-lista ta' awtoritajiet tal-gvern ċentrali |
|
|
TITOLU II |
Regoli dwar kuntratti pubbliċi |
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
Artikolu 25 |
Kundizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra |
|
|
KAPITOLU II |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
Artikolu 39 |
Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti |
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
Taqsima 1 |
Tħejjija |
Artikolu 44 |
Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta' prova: il-paragrafu 3 |
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u trasparenza |
Artikolu 51 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, paragrafi 2, 3, 4, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, paragrafu 6 |
Artikolu 52 |
Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali |
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u għoti ta' kuntratti |
Artikolu 61 |
Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis) |
Artikolu 62 |
Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: il-paragrafu 3 |
Artikolu 68 |
Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja paragrafu 3 |
Artikolu 69 |
Offerti baxxi wisq: paragrafu 5 |
|
|
TITOLU IV |
Governanza |
Artikolu 83 |
Infurzar |
Artikolu 84 |
Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta' kuntratti |
Artikolu 85 |
Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika |
Artikolu 86 |
Kooperazzjoni amministrattiva |
|
|
TITOLU V |
Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali |
Artikolu 87 |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 88 |
Proċedura ta' urġenza |
Artikolu 89 |
Proċedura ta' kumitat |
Artikolu 90 |
Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
Artikolu 91 |
Tħassir |
Artikolu 92 |
Reviżjoni |
Artikolu 93 |
Dħul fis-seħħ |
Artikolu 94 |
Destinatarji |
|
|
ANNESSI |
|
Anness I |
Awtoritajiet tal-gvern ċentrali |
Anness VIII |
Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni |
Anness XI |
Reġistri |
Anness XIII |
Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 68(3) |
Anness XV |
Tabella ta' korrelazzjoni |
ANNESS XXIX-G
Elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE
(Fażi 2)
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Suġġett u definizzjonijiet |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2, 5 u 6 |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: punti (1)-(9), (13)-(16) u (18)-(20) |
Artikolu 3 |
Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 1 u 4 |
Artikolu 4 |
Entitajiet kontraenti: paragrafi 1-3 |
Artikolu 5 |
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività |
Artikolu 6 |
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet |
|
|
KAPITOLU II |
Attivitajiet |
Artikolu 7 |
Dispożizzjonijiet komuni |
Artikolu 8 |
Gass u sħana |
Artikolu 9 |
Elettriku |
Artikolu 10 |
Ilma |
Artikolu 11 |
Servizzi tat-trasport |
Artikolu 12 |
Portijiet u ajruporti |
Artikolu 13 |
Servizzi postali |
Artikolu 14 |
Estrazzjoni ta' żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta', faħam jew karburanti solidi oħra |
|
|
KAPITOLU III |
Kamp ta' applikazzjoni materjali |
Taqsima 1 |
Limiti |
Artikolu 15 |
Limiti massimi |
Artikolu 16 |
Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta' akkwist paragrafi 1-4 u 7-14 |
Taqsima 2 |
Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta' disinn: dispożizzjonijiet speċjali għal akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà |
Subtaqsima 1 |
Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija |
Artikolu 18 |
Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi: il-paragrafu 1 |
Artikolu 20 |
Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta' disinn organizzati skont regoli internazzjonali |
Artikolu 21 |
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta' servizzi |
Artikolu 22 |
Kuntratti ta' servizz mogħtija abbażi ta' dritt esklussiv |
Artikolu 23 |
Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta' ilma u għall-provvista ta' enerġija jew ta' karburanti għall-produzzjoni tal-enerġija |
Subtaqsima 2 |
Akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà |
Artikolu 24 |
Difiża u sigurtà |
Artikolu 25 |
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà |
Artikolu 26 |
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta' difiża jew sigurtà |
Artikolu 27 |
Kuntratti u kompetizzjonijiet ta' disinn li jinvolvu aspetti ta' difiża jew sigurtà li jingħataw jew jiġu organizzati skont ir-regoli internazzjonali |
Subtaqsima 3 |
Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti) |
Artikolu 28 |
Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti |
Artikolu 29 |
Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata |
Artikolu 30 |
Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta |
Subtaqsima 4 |
Sitwazzjonijiet speċifiċi |
Artikolu 32 |
Servizzi ta' riċerka u żvilupp |
|
|
KAPITOLU IV |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 36 |
Prinċipji ta' akkwist |
Artikolu 37 |
Operaturi ekonomiċi |
Artikolu 39 |
Kunfidenzjalità |
Artikolu 40 |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni |
Artikolu 41 |
Nomenklaturi |
Artikolu 42 |
Kunflitti ta' interess |
|
|
TITOLU II |
Regoli applikabbli għall-kuntratti |
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
Artikolu 44 |
Għażla tal-proċeduri: paragrafi 1, 2 u 4 |
Artikolu 45 |
Proċedura miftuħa |
Artikolu 46 |
Proċedura ristretta |
Artikolu 47 |
Proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta' avviż dwar kuntratt |
Artikolu 50 |
L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel: punti (a)–(i) |
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
Taqsima 1 |
Tħejjija |
Artikolu 58 |
Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq |
Artikolu 59 |
Involviment minn qabel ta' kandidati jew offerenti |
Artikolu 60 |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
Artikolu 61 |
Tikketti |
Artikolu 62 |
Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta' prova |
Artikolu 63 |
Komunikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi |
Artikolu 64 |
Varjanti |
Artikolu 65 |
Tqassim ta' kuntratti f'lottijiet |
Artikolu 66 |
Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien |
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u Trasparenza |
Artikolu 67 |
Avviżi perjodiċi indikattivi |
Artikolu 68 |
Avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifika |
Artikolu 69 |
Avviżi dwar kuntratti |
Artikolu 70 |
Avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt: paragrafi 1, 3 u 4 |
Artikolu 71 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: paragrafu 1, u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 |
Artikolu 73 |
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist |
Artikolu 74 |
Stediniet lill-kandidati |
Artikolu 75 |
L-infurmar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti |
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u l-għoti ta' kuntratti |
Artikolu 76 |
Prinċipji ġenerali |
Subtaqsima 1 |
Kwalifika u għażla kwalitattiva |
Artikolu 78 |
Kriterji għall-għażla kwalitattiva |
Artikolu 79 |
Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra paragrafu 2 |
Artikolu 80 |
Użu tar-raġunijiet ta' esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE |
Artikolu 81 |
Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: paragrafi 1 u 2 |
Subtaqsima 2 |
Għoti tal-kuntratt |
Artikolu 82 |
Kriterji għall-għoti tal-kuntratt |
Artikolu 83 |
Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja paragrafi 1 u 2 |
Artikolu 84 |
Offerti baxxi wisq: paragrafi 1-4 |
|
|
KAPITOLU IV |
Twettiq tal-kuntratt |
Artikolu 87 |
Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratti |
Artikolu 88 |
Sottokuntrattar |
Artikolu 89 |
Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom |
Artikolu 90 |
Tmiem ta' kuntratti |
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
KAPITOLU I |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 91 |
Għoti ta' kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 92 |
Pubblikazzjoni ta' avviżi |
Artikolu 93 |
Prinċipji għall-għoti ta' kuntratti |
|
|
ANNESSI |
|
Anness I |
Lista ta' attivitajiet kif stipulati f'punt (a) tal-punt 2 tal-Artikolu 2 |
Anness V |
Rekwiżiti relatati ma' għodod u apparat għall-irċevuta elettronika ta' offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għall-kwalifika kif ukoll pjanijiet u proġetti fil-kompetizzjonijiet |
Anness VI parti A |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż indikattiv perjodiku (kif stipulat fl-Artikolu 67) |
Anness VI parti B |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar pubblikazzjoni ta' avviż indikattiv perjodiku fuq profil ta' xerrej mhux użat bħala mezz ta' sejħa għall-kompetizzjoni (kif imsemmi fl-Artikolu 67(1)) |
Anness VIII |
Definizzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi |
Anness IX |
Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni |
Anness X |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifikazzjoni (kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68) |
Anness XI |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif stipulat fl-Artikolu 69) |
Anness XII |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar għoti ta' kuntratt (kif stipulat fl-Artikolu 70) |
Anness XIII |
Kontenuti tal-istedina għas-sottomissjoni ta' offerta, għall-parteċipazzjoni fid-djalogu, għan-negozjar jew għall-konferma tal-interess speċifikati taħt l-Artikolu 74 |
Anness XIV |
Lista ta' Konvenzjonijiet Internazzjonali Soċjali u Ambjentali msemmija fl-Artikolu 36(2) |
Anness XVI |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' modifiki ta' kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif imsemmi fl-Artikolu 89(1)) |
Anness XVII |
Servizzi msemmija fl-Artikolu 91 |
Anness XVIII |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif stipulat fl-Artikolu 92) |
ANNESS XXIX-H
Elementi oħra mandatorji tad-Direttiva 2014/25/UE
(Fażi 4)
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Suġġett u definizzjonijiet |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: punt 17 |
|
|
KAPITOLU III |
Kamp ta' applikazzjoni materjali |
Taqsima 1 |
Limiti |
Artikolu 16 |
Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta' akkwist il-paragrafi 5 u 6 |
|
|
TITOLU II |
Regoli applikabbli għall-kuntratti |
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
Artikolu 44 |
Għażla tal-proċeduri: paragrafu 3 |
Artikolu 48 |
Djalogu kompetittiv |
Artikolu 49 |
Sħubija għall-innovazzjoni |
Artikolu 50 |
L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel: punt (j) |
|
|
KAPITOLU II |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
Artikolu 51 |
Ftehimiet qafas |
Artikolu 52 |
Sistemi dinamiċi ta' xiri |
Artikolu 53 |
Irkantijiet elettroniċi |
Artikolu 54 |
Katalogi elettroniċi |
Artikolu 56 |
Akkwisti konġunti okkażjonali |
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u trasparenza |
Artikolu 70 |
Avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt: paragrafu 2 |
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u għoti ta' kuntratti |
Subtaqsima 1 |
Kwalifika u għażla kwalitattiva |
Artikolu 77 |
Sistemi ta' kwalifika |
Artikolu 79 |
Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħra paragrafu 1 |
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
KAPITOLU II |
Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet tad-disinn |
Artikolu 95 |
Kamp ta' applikazzjoni |
Artikolu 96 |
Avviżi |
Artikolu 97 |
Regoli dwar l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet ta' disinn, is-selezzjoni tal-parteċipanti u tal-ġurija |
Artikolu 98 |
Deċiżjoni tal-ġurija |
|
|
ANNESSI |
|
Anness VII |
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fid-dokumenti tal-akkwist relatati mal-irkantijiet elettroniċi (Artikolu 53(4)) |
Anness XIX |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar kompetizzjoni ta' disinn (kif imsemmi fl-Artikolu 96(1)) |
Anness XX |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-riżultati tal-avviżi dwar kompetizzjoni ta' disinn (kif imsemmi fl-Artikolu 96(1)) |
ANNESS XXIX-I
Elementi oħra mhux mandatorji tad-Direttiva 2014/25/UE
(Fażi 4)
L-elementi tad-Direttiva 2014/25/UE stipulati f'dan l-Anness mhumiex mandatorji iżda rakkomandati għall-approssimazzjoni. Ir-Repubblika tal-Moldova tista' tapprossima dawn l-elementi fiż-żmien stipulat fl-Anness XXIX-B.
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Is-suġġett u d-definizzjonijiet |
Artikolu 2 |
Definizzjonijiet: punti (10)-(12) |
|
|
KAPITOLU IV |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 38 |
Kuntratti riżervati |
|
|
TITOLU II |
Regoli applikabbli għall-kuntratti |
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
Artikolu 55 |
Attivitajiet ċentralizzati ta' akkwist u korpi ċentrali ta' akkwist |
|
|
TITOLU III |
Reġimi ta' akkwisti partikolari |
|
|
KAPITOLU I |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 94 |
Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi |
ANNESS XXIX-J
Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-approssimazzjoni
L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.
TITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u prinċipji ġenerali |
|
|
KAPITOLU I |
Is-suġġett u d-definizzjonijiet |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 3 u 4 |
Artikolu 3 |
Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 2 u 3 |
Artikolu 4 |
Entitajiet kontraenti: paragrafu 4 |
|
|
KAPITOLU III |
Kamp ta' applikazzjoni materjali |
Taqsima 1 |
Limiti |
Artikolu 17 |
Reviżjoni tal-limiti |
Taqsima 2 |
Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta' disinn: dispożizzjonijiet speċjali għal akkwist li jinvolvi aspetti ta' difiża u sigurtà |
Subtaqsima 1 |
Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija |
Artikolu 18 |
Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi: il-paragrafu 2 |
Artikolu 19 |
Kuntratti u kompetizzjonijiet ta' disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta' attività koperta jew għat-twettiq ta' attività bħal din f'pajjiż terz: il-paragrafu 2 |
Subtaqsima 3 |
Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti) |
Artikolu 31 |
Notifika ta' informazzjoni |
Subtaqsima 4 |
Sitwazzjonijiet speċifiċi |
Artikolu 33 |
Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali |
Subtaqsima 5 |
Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom |
Artikolu 34 |
Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni |
Artikolu 35 |
Proċedura biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli |
|
|
TITOLU II |
Regoli applikabbli għall-kuntratti |
|
|
KAPITOLU I |
Proċeduri |
Artikolu 43 |
Kundizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra |
|
|
KAPITOLU II |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
Artikolu 57 |
Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti |
|
|
KAPITOLU III |
Twettiq tal-proċedura |
Taqsima 2 |
Pubblikazzjoni u trasparenza |
Artikolu 71 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: paragrafu 2, 3, 4, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, paragrafu 6 |
Artikolu 72 |
Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali |
Taqsima 3 |
Għażla ta' parteċipanti u l-għoti ta' kuntratti |
Artikolu 81 |
Standards ta' garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali: il-paragrafu 3 |
Artikolu 83 |
Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja paragrafu 3 |
Taqsima 4 |
Offerti li jikkonsistu fi prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u relazzjonijiet ma' dawk il-pajjiżi |
Artikolu 85 |
Offerti li jikkonsistu fi prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi |
Artikolu 86 |
Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi rigward kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi |
|
|
TITOLU IV |
Governanza |
Artikolu 99 |
Infurzar |
Artikolu 100 |
Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta' kuntratti |
Artikolu 101 |
Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika |
Artikolu 102 |
Kooperazzjoni amministrattiva |
|
|
TITOLU V |
Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali |
Artikolu 103 |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 104 |
Proċedura ta' urġenza |
Artikolu 105 |
Proċedura ta' kumitat |
Artikolu 106 |
Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
Artikolu 107 |
Tħassir |
Artikolu 108 |
Reviżjoni |
Artikolu 109 |
Dħul fis-seħħ |
Artikolu 110 |
Destinatarji |
|
|
ANNESSI |
|
Anness II |
Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) |
Anness III |
Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 34(3) |
Anness IV |
Dati ta' skadenza għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 |
Anness XV |
Lista' ta' atti legali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 83(3) |
ANNESS XXIX-K
Elementi bażiċi tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(Fażi 3)
TITOLU I |
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet |
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet |
Taqsima I |
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u livell limitu |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafi 1, 2 u 4 |
Artikolu 2 |
Prinċipju ta' amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi |
Artikolu 3 |
Prinċipju ta' trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza |
Artikolu 4 |
Libertà għad-definizzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali |
Artikolu 5 |
Definizzjonijiet |
Artikolu 6 |
Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 1 u 4 |
Artikolu 7 |
Entitajiet kontraenti |
Artikolu 8 |
Livell limitu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta' konċessjonijiet |
Taqsima II |
Esklużjonijiet |
Artikolu 10 |
Esklużjonijiet applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti |
Artikolu 11 |
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi |
Artikolu 12 |
Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma |
Artikolu 13 |
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata |
Artikolu 14 |
Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta |
Artikolu 17 |
Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku |
Taqsima III |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Artikolu 18 |
Tul ta' żmien tal-konċessjoni |
Artikolu 19 |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 20 |
Kuntratti mħallta |
Artikolu 21 |
Kuntratti ta' akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà |
Artikolu 22 |
Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra |
Artikolu 23 |
Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta' difiża jew ta' sigurtà |
Artikolu 25 |
Servizzi ta' riċerka u żvilupp |
|
|
KAPITOLU II |
Prinċipji |
Artikolu 26 |
Operaturi ekonomiċi |
Artikolu 27 |
Nomenklaturi |
Artikolu 28 |
Kunfidenzjalità |
Artikolu 29 |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni |
|
|
TITOLU II |
Regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet: Prinċipji ġenerali u garanzija proċedurali |
|
|
KAPITOLU I |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 30 |
Prinċipji ġenerali: paragrafi 1, 2 u 3 |
Artikolu 31 |
Avviżi ta' konċessjonijiet |
Artikolu 32 |
Avviżi tal-għoti ta' konċessjoni |
Artikolu 33 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 |
Artikolu 34 |
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni |
Artikolu 35 |
Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta' konflitti ta' interess |
|
|
KAPITOLU II |
Garanziji proċedurali |
Artikolu 36 |
Rekwiżiti tekniċi u funzjonali |
Artikolu 37 |
Garanziji proċedurali |
Artikolu 38 |
Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati |
Artikolu 39 |
Limiti ta' żmien għall-wasla ta' applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni |
Artikolu 40 |
Għoti ta' informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti |
Artikolu 41 |
Kriterji tal-għoti |
|
|
TITOLU III |
Regoli dwar il-prestazzjoni tal-konċessjonijiet |
Artikolu 42 |
Sottokuntrattar |
Artikolu 43 |
Modifika ta' kuntratti matul it-terminu tagħhom |
Artikolu 44 |
Terminazzjoni ta' konċessjonijiet |
Artikolu 45 |
Monitoraġġ u rapportar |
|
|
ANNESSI |
|
Anness I |
Lista tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (7) tal-Artikolu 5 |
Anness II |
Attivitajiet eżerċitati minn entitajiet kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 7 |
Anness III |
Lista ta' atti legali tal-unjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2) |
Anness IV |
Servizzi msemmija fl-Artikolu 19 |
Anness V |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-konċessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31 |
Anness VI |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'avviżi ta' informazzjoni minn qabel dwar konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 31(3) |
Anness VII |
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 32 |
Anness VIII |
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni li jirrigwardaw konċessjonijiet għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 32 |
Anness IX |
Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni |
Anness X |
Lista ta' konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali msemmija fl-Artikolu 30(3) |
Anness XI |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi ta' modifiki ta' konċessjoni matul it-terminu tagħha skont l-Artikolu 43 |
ANNESS XXIX-L
Elementi oħra mhux mandatorji tad-Direttiva 2014/23/UE
(Fażi 3)
L-elementi tad-Direttiva 2014/23/UE stipulati f'dan l-Anness mhumiex mandatorji iżda rakkomandati għall-approssimazzjoni. Ir-Repubblika tal-Moldova tista' tapprossima dawn l-elementi fiż-żmien stipulat fl-Anness XXIX-B.
TITOLU I |
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet |
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet |
|
|
Taqsima IV |
Sitwazzjonijiet speċifiċi |
Artikolu 24 |
Konċessjonijiet riżervati |
ANNESS XXIX-M
Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/23/UE barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-approssimazzjoni
L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.
TITOLU I |
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji u definizzjonijiet |
|
|
KAPITOLU I |
Kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet |
Taqsima I |
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u livell limitu |
Artikolu 1 |
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni: paragrafu 3 |
Artikolu 6 |
Awtoritajiet kontraenti: paragrafi 2 u 3 |
Artikolu 9 |
Reviżjoni tal-limitu |
Taqsima II |
Esklużjonijiet |
Artikolu 15 |
Notifika ta' informazzjoni minn entitajiet kontraenti |
Artikolu 16 |
Esklużjoni ta' attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni |
|
|
TITOLU II |
Regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet: Prinċipji ġenerali u garanzija proċedurali |
|
|
KAPITOLU I |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 30 |
Prinċipji ġenerali: paragrafu 4 |
Artikolu 33 |
Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi: It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, paragrafi 2, 3 u 4 |
|
|
TITOLU IV |
Emendi għad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE |
Artikolu 46 |
Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE |
Artikolu 47 |
Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE |
|
|
TITOLU V |
Setgħat iddelegati, setgħat ta' implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali |
Artikolu 48 |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 49 |
Proċedura ta' urġenza |
Artikolu 50 |
Proċedura ta' kumitat |
Artikolu 51 |
Traspożizzjoni |
Artikolu 52 |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
Artikolu 53 |
Monitoraġġ u rapportar |
Artikolu 54 |
Dħul fis-seħħ |
Artikolu 55 |
Destinatarji |
ANNESS XXIX-N
Elementi bażiċi tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u Nru 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib tal-effettività ta' proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi u bid-Direttiva 2014/23/UE
(Fażi 2)
Artikolu 1 |
Kamp ta' applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta' rieżami |
Artikolu 2 |
Rekwiżiti għall-proċeduri ta' rieżami |
Artikolu 2a |
Perjodu sospensiv |
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (b) tal-ewwel paragrafu |
Artikolu 2c |
Limiti ta' żmien għall-applikazzjoni ta' rieżami |
Artikolu 2d |
Nuqqas ta' effettività: punt (b) tal-paragrafu 1, paragrafi 2 u 3 |
Artikolu 2e |
Ksur ta' din id-Direttiva u penali alternattivi |
Artikolu 2f |
Limiti taż-żmien |
ANNESS XXIX-O
Elementi oħra tad-Direttiva 89/665/KEE
(Fażi 2)
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (c) tal-ewwel paragrafu |
Artikolu 2d |
Nuqqas ta' effettività: punt (c) tal-ewwel paragrafu, paragrafu 5 |
ANNESS XXIX-P
Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/665/KEE barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-approssimazzjoni
L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (a) tal-ewwel paragrafu |
Artikolu 2d |
Nuqqas ta' effettività: punt (a) tal-ewwel paragrafu, paragrafu 4 |
Artikolu 3 |
Mekkaniżmu korrettiv |
Artikolu 3a |
Kontenut tal-avviż għat-trasparenza ex-ante volontarja |
Artikolu 3b |
Proċedura ta' kumitat |
Artikolu 4 |
Implimentazzjoni |
Artikolu 4a |
Reviżjoni |
ANNESS XXIX-Q
Elementi bażiċi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE u d-Direttiva 2014/23/UE
(Fażi 2)
Artikolu 1 |
Kamp ta' applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta' rieżami |
Artikolu 2 |
Rekwiżiti għall-proċeduri ta' rieżami |
Artikolu 2a |
Perjodu sospensiv |
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (b) tal-ewwel paragrafu |
Artikolu 2c |
Limiti ta' żmien għall-applikazzjoni ta' rieżami |
Artikolu 2d |
Nuqqas ta' effettività: punt (b) tal-paragrafu 1, paragrafi 2 u 3 |
Artikolu 2e |
Ksur ta' din id-Direttiva u penali alternattivi |
Artikolu 2f |
Limiti taż-żmien |
ANNESS XXIX-R
Elementi oħra tad-Direttiva 92/13/KEE
(Fażi 4)
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (c) tal-ewwel paragrafu, paragrafu 5 |
ANNESS XXIX-S
Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/13/KEE barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-approssimazzjoni
L-elementi elenkati f'dan l-Anness ma jkunux soġġetti għall-proċess ta' approssimazzjoni.
Artikolu 2b |
Derogi mill-perjodu sospensiv: punt (a) tal-ewwel paragrafu |
Artikolu 2d |
Nuqqas ta' effettività: punt (a) tal-ewwel paragrafu, paragrafu 4 |
Artikolu 3a |
Kontenut tal-avviż għat-trasparenza ex-ante volontarja |
Artikolu 3b |
Proċedura ta' kumitat |
Artikolu 8 |
Mekkaniżmu korrettiv |
Artikolu 12 |
Implimentazzjoni |
Artikolu 12a |
Reviżjoni |
ANNESS XXIX-T
Ir-Repubblika tal-Moldova: lista indikattiva ta' kwistjonijiet għal kooperazzjoni
1. |
It-taħriġ, fl-Unjoni u fir-Repubblika tal-Moldova, tal-uffiċjali mir-Repubblika tal-Moldova minn korpi tal-gvern involuti fl-akkwist pubbliku. |
2. |
It-taħriġ tal-fornituri interessati li jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku. |
3. |
L-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar l-aħjar prassi u r-regoli regolatorji fil-qasam tal-akkwist pubbliku. |
4. |
It-tisħiħ tal-funzjonalità tas-sit elettroniku tal-akkwist pubbliku u l-istabbiliment ta' sistema għall-monitoraġġ tal-akkwist pubbliku. |
5. |
Konsultazzjonijiet u assistenza metodoloġika mill-Unjoni fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji elettroniċi moderni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. |
6. |
It-tisħiħ tal-korpi li huma responsabbli għall-garanzija ta' politika koerenti fl-oqsma kollha relatati mal-akkwist pubbliku u l-kunsiderazzjoni (rieżami) indipendenti u imparzjali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti (ara l-Artikolu 270 ta' dan il-Ftehim). |