EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D1265

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2015 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/1265]

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1265/oj

4.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2015

tat-30 ta' April 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/1265]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/244 tas-16 ta' Frar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Isfar tal-Kinolina bħala addittiv fl-għalf ta' annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/264 tat-18 ta' Frar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tan-neoesperidina diidrokalkon bħala addittiv fl-għalf tan-nagħaġ, tal-ħut, tal-klieb, tal-għoġġiela u ta' ċerti kategoriji ta' qżieqeż (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 125 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/47) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“126.

32015 R 0244: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/244 tas-16 ta' Frar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Isfar tal-Kinolina bħala addittiv fl-għalf ta' annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 8).

127.

32015 R 0264: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/264 tat-18 ta' Frar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tan-neoesperidina diidrokalkon bħala addittiv fl-għalf tan-nagħaġ, tal-ħut, tal-klieb, tal-għoġġiela u ta' ċerti kategoriji ta' qżieqeż (ĠU L 45, 19.2.2015, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/244 u (UE) 2015/264 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 41, 17.2.2015, p. 8.

(2)  ĠU L 45, 19.2.2015, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top