Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0728

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/728]

    ĠU L 129, 19.5.2016, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/728/oj

    19.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 129/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 45/2015

    tal-20 ta' Marzu 2015

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/728]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 983/2009 u (UE) Nru 384/2010 rigward il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa relatati mal-effett ta' tnaqqis tal-kolesterol LDL fid-demm permezz tal-isteroli u tal-istanoli tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2014 tat-12 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Askorbat tal-kalċju (E 302) u l-Alġinat tas-sodju (E 401) f'ċerti frott u ħxejjex mhux proċessati (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32014 R 0969: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2014 tat-12 ta' Settembru 2014 (ĠU L 272, 13.9.2014, p. 8),”

    2.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2009):

    “—

    32014 R 0686: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 182, 21.6.2014, p. 27).”

    3.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzzk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010):

    “, kif emendat bi:

    32014 R 0686: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 182, 21.6.2014, p. 27).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 686/2014 u (UE) Nru 969/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 182, 21.6.2014, p. 27.

    (2)  ĠU L 272, 13.9.2014, p. 8.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top