This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D0122
Decision No 1/2016 of the Community/Switzerland Inland Transport Committee of 16 December 2015 amending Annexes 1, 3, 4 and 7 to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on the carriage of goods and passengers by rail and road [2016/122]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-Trasport Intern tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2016/122]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Komunità/Kumitat tal-Isvizzera dwar it-Trasport Intern tas-16 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2016/122]
ĠU L 23, 29.1.2016, p. 82–101
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/82 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN
tas-16 ta' Diċembru 2015
li temenda l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq [2016/122]
IL-KUMITAT,
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,
billi:
(1) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet li jemendaw l-Annessi 1, 3, 4 u 7. |
(2) |
L-Anness 1 ġie emendat bid-Deċiżjoni 1/2013 tal-Kumitat Konġunt tas-6 ta' Diċembru 2013 (1). |
(3) |
Ġew adottati atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mil-Ftehim. It-testi tal-Annessi 1, 3, 4 u 7 għandhom jiġu emedati biex jitqies it-tibdil fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Għal raġunijiet ta' ċarezza tad-dritt u simplifikazzjoni, ikun aħjar li l-Annessi 1, 3, 4 u 7 tal-Ftehim jinbidlu bl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-Anness 1 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 1 ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Anness 3 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 2 ta' din id-Deċiżjoni.
3. L-Anness 4 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 3 ta' din id-Deċiżjoni.
4. L-Anness 7 tal-Ftehim jinbidel bit-test tal-Anness 4 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għat-trasport tal-merkanzija li jsir permezz ta' vetturi bil-mutur irreġistrati fl-Iżvizzera li l-massa mgħobbija tagħhom awtorizzata, inkluża dik tat-trejlers, hija bejn 3,5 u 6 tunnellati, l-obbligu ta' pussess tal-liċenzja previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) japplika biss mill-1 ta' Jannar 2018.
Artikolu 3
Ir-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 (3) li hemm fl-Artikolu 9 tal-Ftehim huma meqjusin li jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u r-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 (4) li hemm fl-Artikolu 17 tal-Ftehim huma meqjusin li jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Magħmula fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.
Għall-Unjoni Ewropea
Il-President
Fotis KARAMITSOS
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Peter FÜGLISTALER
(1) ĠU L 352 du 24.12.2013, p. 79.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta' Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri (ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 88).
ANNESS 1
“ANNESS 1
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI
Skont l-Artikolu 52(6) ta' dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:
Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi tal-Unjoni
TAQSIMA 1 — L-AĊĊESS GĦALL-IMPJIEGI
— |
Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82). |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1). |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1). Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim,
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 88), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1). Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (dwar il-kabotaġġ) ma japplikawx. |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21). |
— |
Ir-Regolament (UE) Nru 361/2014 tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39). |
TAQSIMA 2 — L-ISTANDARDS SOĊJALI
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' registrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 19). |
— |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35). |
— |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħrig perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4). |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1). |
— |
Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta' dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU L 168, 2.7.2010, p. 16). |
TAQSIMA 3 — STANDARDS TEKNIĊI
Vetturi bil-mutur
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta' April 2001 (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3,5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta' Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154), kif emendata bid-Direttiva 2004/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 19). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KEE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47). |
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, 10.11.1998, p. 1). |
— |
Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta' Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33). |
— |
Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b'compression ignition għall-użu f'vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi minn magni b'positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f'vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta' Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51). |
— |
Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12). |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 28). |
Trasport ta' oġġetti perikolużi
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KEE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11). |
— |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta' Novembru 2014 (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 15). Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, fl-Iżvizzera japplikaw id-derogi tad-Direttiva 2008/68/KE li ġejjin: 1. Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi RO — a — CH — 1 Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru ONU 1202 fil-kontejners għamla ta' tank. Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 6.8. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: l-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' 1 210 l jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew għall-fjuwil tad-diżil bin-numru ONU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont il-punt 1.1.3.6 tal-ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punti 1.1.3.6.3(b) u 6.14 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621). Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. RO — a — CH — 2 Suġġett: l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6. Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 1.1.3.6 u 5.4.1. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport ta' kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati fil-punt 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport previst fil-punt 5.4.1. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.6.3(c) tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621). Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. RO — a — CH — 3 Suġġett: it-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma. Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 6.5, 6.8, 8.2 u 9. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; taħriġ għas-sewwieq Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vetturi u tankijiet/kontenituri vojta mhux imnaddfa li jintużaw minn kumpaniji ta' manutenzjoni fil-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu likwidi waqt li tkun qed issir manutenzjoni fuq it-tankijiet stazzjonarji mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew ir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-identifikazzjoni ‘orange-plate’ stipulati mill-ADR. Dawn huma soġġetti għal regolamenti partikolari dwar it-tikketti u l-identifikazzjoni, u x-xufier tal-vettura mhux obbligat li jieħu t-taħriġ deskritt fil-punt 8.2. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-punt 1.1.3.6.3.10 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621). Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi. RO — bi — CH — 1 Suġġett: it-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi lejn impjanti għar-rimi tal-iskart. Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-klassifikazzjoni, il-pakketti kkumbinati, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati mill-pakkett u bl-unità tat-trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.7 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621). Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. RO — bi — CH — 2 Suġġett: it-trasport lura tal-logħob tan-nar Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punti 2.1.2 u 5.4. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-klassifikazzjoni u d-dokumentazzjoni Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: bl-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport lura tal-logħob tan-nar bin-numri ONU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragrafu 1.1.3.8 tal-Appendiċi 1, tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR; RS 741.621). Kummenti: il-verifika ddettaljata tal-kontenut eżatt ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għall-prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. RO — bi — CH — 3 Suġġett: iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun ġratilhom il-ħsara, vjaġġi biex jitwettqu tiswijiet, vjaġġi biex jiġu eżaminati vetturi bit-tank/it-tankijiet, u għal vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata. Ir-referenza għat-Taqsima I.1 tal-Anness I, ta' din id-Direttiva: il-punt 8.2.1. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta' taħriġ. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċertifikati tat-taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li jsiru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li tkun saritilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li jsiru f'vetturi bit-tank bl-għan li tiġi eżaminata l-vettura bit-tank jew it-tank, u għal vjaġġi li jsiru minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vetturi bit-tank. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC — Federal Department of Environment, Transport, Energy and Communication) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq. Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li tiġrilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi. Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. 2. Id-derogi għall-Iżvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi RA — a — CH — 1 Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u taż-żejt għat-tisħin bin-numru ONU 1202 fil-kontejners għamla ta' tank. Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 6.8. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-kontejners għamla ta' tank li mhumiex mibnija skont il-punt 6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' 1 210 l jew anqas u li jintużaw għat-trasport ta' żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru ONU 1202 huma awtorizzati. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Kapitolu 6.14 tal-Appendiċi 1 tal-Ordinanza dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741.621). Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. RA — a — CH — 2 Suġġett: Id-dokument ta' trasport. Ir-referenza għat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva: il-punt 5.4.1.1.1. Il-kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta' trasport. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: l-Anness tal-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6). Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2017. |
— |
Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1). |
TAQSIMA 4 — DRITTIJIET TA' AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75). |
— |
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE tad-9 ta' Lulju 2014 (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 9). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22). |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/56/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2011/107/UE tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33). |
— |
Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-10 ta' Marzu 2014 (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 20). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta' April 2009 dwar l-adozzjoni ta' metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4). |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8). |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta' April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2012/464/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2012 (ĠU L 217, 14.8.2012, p. 20). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/302 tal-25 ta' Frar 2015 (ĠU L 55, 26.2.2015, p. 2). |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta' Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 256, 1.10.2011, p. 1). |
— |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32). |
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/14 tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-‘kontroll-kmand u sinjalazzjoni’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/14 tal-5 ta' Jannar 2015 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 44). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2012 tal-14 ta' Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU L 345 ta' 15.12.2012, p. 1), kif emendat bid-Deċiżjoni 2013/710/UE tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104 tat-12.4.2013, p. 1), emendat bir-Regolament (UE) Nru 1236/2013 tal-Kummissjoni (ĠU L 322, 3.12.2013, p. 23). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema tal-‘enerġija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-sikurezza fil-mini ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — storbju’ li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421). |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438). |
TAQSIMA 5 — OQSMA OĦRA
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19). |
— |
Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39). |
— |
Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).” |
ANNESS 2
“ANNESS 3
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
(a) (Kulur Pantone light blue (ċelesti) 290, jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)(L-ewwel paġna tal-liċenzja)
(It-test bil-lingwi uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)
Is-simbolu distintiv tal-Istat Membru (1) liqed joħroġ il-liċenzja |
|
Isem l-awtorità jew il-korp kompetenti |
Nru TAL-LIĊENZJA: …
jew
KOPJA ĊĊERTIFIKATA Nru …
għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq f'isem ħaddieħor
L-awtorizzazzjoni tintitola (2) …
…
…
biex iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.
Kummenti partikolari: … |
|
… |
|
Din il-liċenzja hija valida mill-… |
sa … |
Maħruġa lil …, |
fi … |
… (3) |
(It-test bil-lingwi uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Din il-liċenzja qiegħda tingħata skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.
Din tintitola lid-detentur iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u, fejn xieraq, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:
— |
meta l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jkunu qegħdin f'żewġ Stati Membri diversi, bit-tranżitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi |
— |
minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-tranżitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi, |
— |
bejn pajjiżi li mhumiex membri billi jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar, |
u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma' dan it-trasport.
Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, din il-liċenzja hija valida għall-vjaġġ magħmul fit-territorju tal-Komunità. Hija valida biss fl-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt wara l-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz inkwistjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.
Din tkun personali għad-detentur u ma tkunx trasferibbli.
Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:
— |
ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja, |
— |
jipprovdi informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-dejta meħtieġa biex tinħareġ jew tiġi estiża l-liċenzja. |
L-oriġinal tal-liċenzja jrid jinżamm mill-impriża tat-trasport.
Kopja ċċertifikata tal-liċenzja trid tinżamm fil-vettura (4). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi, din trid tkun fil-vettura bil-mutur. Hija tgħodd għall-grupp magħqud ta' vetturi anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem ta' min għandu l-awtorizzazzjoni jew jekk huwa reġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat Membru ieħor.
Il-liċenzja trid tiġi ppreżentata fuq it-talba ta' kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.
Id-detentur għandu, fit-territorju ta' kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.”
(1) Is-sinjali distintivi tal-Istati Membri huma: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (HR Il-Kroazja, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (M) Malta, (NL) in-Netherlands, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit.
(2) Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.
(3) Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew tal-korp kompetenti li qed t/joħroġ il-liċenzja.
(4) “Vettura” tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat Membru jew vetturi kkombinati, li tal-anqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija.
ANNESS 3
“ANNESS 4
TRASPORTI U VJAĠĠI VOJTA MAGĦMULIN B'KONNESSJONI MA' DAN IT-TIP TA' TRASPORT EŻENTI MINN KULL SISTEMA TA' LIĊENZJI U MINN KULL AWTORIZZAZZJONI
1. |
It-trasport tal-posta li jsir fil-kuntest ta' servizz universali. |
2. |
It-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li m'għadhomx jaħdmu. |
3. |
It-trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-magna li l-massa mgħobbija permessa li tinġarr, inkluża dik tal-karrijiet, ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi. |
4. |
It-trasport ta' merkanzija fuq vetturi bil-mutur sakemm jibqgħu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
5. |
It-trasport ta' prodotti mediċinali, apparat, tagħmir u artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika f'każijiet ta' emerġenza, partikolarment fil-każi ta' diżastri naturali.” |
(1) Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).
ANNESS 4
“ANNESS 7
TRASPORT INTERNAZZJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-KOWĊ U BIX-XARABANK
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
1.1. Is-servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifikati, il-passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f'punti ta' waqfien stabbiliti minn qabel. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta' bilfors.
In-natura regolari tas-servizz mhix affettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.
1.2. Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi tal-passiġġieri għall-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, sakemm it-tali servizzi jitħaddmu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 1.1, jitqiesu li huma servizzi regolari. Dawn is-servizzi jissejħu ‘servizzi regolari speċjalizzati’.
Is-servizzi regolari speċjalizzati għandhom jinkludu:
(a) |
it-trasport ta' ħaddiema ‘mid-dar għax-xogħol’; |
(b) |
it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukazzjonali għat-tfal tal-iskola u l-istudenti; |
Il-karattru regolari tas-servizzi speċjalizzati mhuwiex affettwat mill-fatt li l-organizzazzjoni tat-trasport hija adattata għall-ħtiġijet varji tal-utenti.
1.3. L-organizzazzjoni tas-servizzi parallelli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, in-nuqqas ta' servizz ta' ċerti waqfiet jew il-qadi ta' waqfiet addizzjonali minn servizzi regolari eżistenti huma rregolati mill-istess regoli bħas-servizzi regolari eżistenti.
2.
2.1. Is-servizzi okkażjonali huma servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, u li huma kkaratterizzati fuq kollox mill-fatt li huma jġorru gruppi ta' passiġġieri miġbura fuq inizjattiva tal-klijent jew mit-trasportatur innifsu.
L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli mas-servizzi regoli eżistenti u li jaqdu l-istess pubbliku bħal din tal-aħħar għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni skont il-proċedura mniżżla fit-taqsima I.
2.2. Is-servizzi msemmija fil-punt 2 ma jiqfux ikunu servizzi okkażjonali biss għax huma pprovduti f'ċerti intervalli.
2.3. Is-servizzi okkażjonali jistgħu jiġu operati minn grupp ta' trasportaturi li jaġixxu f'isem l-istess klijent.
L-ismijiet tat-tali trasportaturi u, fejn ikun il-każ, il-punti ta' konnessjoni fit-triq għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, skont il-proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
3.
It-trasport akkont proprju huwa dak it-trasport li jsir għal skopijiet mhux bil-qligħ u mhux kummerċjali minn persuna naturali jew legali, sakemm:
— |
l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali, |
— |
il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta' dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu soġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika jew mill-persuna fiżika nnifisha, jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali. |
Taqsima I
SERVIZZI REGOLARI SUĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI
Artikolu 2
Tip ta' awtorizzazzjoni:
1. L-awtorizzazzjoni hija stabbilita f'isem it-trasportatur; din ma tistax tiġi ttrasferita mingħand dan tal-aħħar lil partijiet terzi. Madanakollu, it-trasportatur li jkun irċieva l-awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens tal-awtorità msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dan l-Anness, jopera s-servizz permezz ta' subkuntrattur. F'dan il-każ, l-isem tal-impriża tal-aħħar u l-irwol tagħha bħala subkuntrattur għandhom ikunu indikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur irid jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.
Fil-każ tal-impriżi assoċjati bil-għan li joperaw servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fl-ismijiet tal-impriżi kollha. Għandha tingħata lill-impriża li tamministra l-operazzjoni u kopji jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet tal-operaturi kollha.
2. Il-perjodu massimu tal-validità tal-awtorizzazzjoni huwa ta' ħames snin.
3. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika:
(a) |
in-natura tas-servizz: |
(b) |
ir-rotta tas-servizz, b'mod partikolari l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla; |
(c) |
il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni; |
(d) |
il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet. |
4. L-awtorizzazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 (1).
5. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detenturi tagħhom biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti.
6. L-operatur tas-servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali.
F'dan il-każ, it-trasportatur irid jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:
— |
kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari, |
— |
kopja tal-kuntratt ta' bejn l-operatur tas-servizz regolari u d-ditta li tipprovdi l-vetturi addizzjonali, jew dokument ekwivalenti, |
— |
kopja ċċertifikata tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea, jew liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri, maħruġa lill-operatur li jipprovdi l-vetturi addizzjonali għas-servizz regolari. |
Artikolu 3
Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
1. Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn operaturi tal-Unjoni Ewropea għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-operaturi Żvizzeri għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tad-Digriet tal-4 ta' Novembru 2009 dwar it-trasport tal-vjaġġaturi (OTV) (3). Fil-każ ta' servizzi eżenti mill-awtorizzazzjoni fl-Iżvizzera iżda soġġetti għall-awtorizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea, l-operaturi Żvizzeri li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jekk il-post tat-tluq tat-tali servizzi qiegħed fl-Iżvizzera.
2. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.
3. L-applikant għandu jipprovdi, flimkien mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, kull informazzjoni addizzjonali li huwa jqis utli jew li titlob l-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni, u b'mod partikolari skeda tas-sewqan li tippermetti l-kontroll tar-rispett tar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ kif ukoll kopja tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali ta' vjaġġaturi bit-triq f'isem ħaddieħor fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew ta' liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari.
Artikolu 4
Proċedura ta' awtorizzazzjoni
1. L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li l-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu fit-territorju tagħhom. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma' kopji ta' xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkun intalab il-ftehim tagħhom għandhom javżaw lill-awtorità tal-ħruġ bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn. Dan il-limitu ta' żmien għandu jinħadem mid-data tal-irċevuta tat-talba għal ftehim li tintwera fir-rikonoxximent tal-irċevuta. Jekk, matul dan il-perjodu, l-awtorità tal-ħruġ ma tirċevix risposta, l-awtoritajiet ikkonsultati jitqiesu li taw il-ftehim tagħhom, u l-awtorità tal-ħruġ toħroġ l-awtorizzazzjoni. Jekk id-deċiżjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet kontraenti li mingħandhom ikun intalab il-ftehim, tkun negattiva, din għandha tkun motivata kif xieraq.
3. Bla ħsara għall-paragrafi 7 u 8, l-awtorità tal-ħruġ għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur mid-data li fiha t-trasportatur jissottometti l-applikazzjoni.
4. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:
(a) |
l-applikant mhux kapaċi jipprovdi s-servizz li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat direttament għad-disposizzjoni tiegħu; |
(b) |
fil-passat, l-applikant naqas milli jħares il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport tat-triq, u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi ta' trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq, jew wettaq ksur serju fil-leġislazzjoni dwar it-trasport fit-triq, b'mod partikolari r-regoli applikabbli għall-vetturi u s-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tax-xufiera; |
(c) |
fil-każ ta' applikazzjoni għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma tħarsux; |
(d) |
l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti ma tiddeċidix, fuq il-bażi ta' analiżi dettaljata, li s-servizz ikkonċernat jaffettwa b'mod serju l-vijabbiltà ta' servizz simili kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta' servizz pubbliku fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, skont il-liġi fis-seħħ tal-parti kontraenti. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi kriterji nondiskriminatorji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk is-servizz offrut fl-applikazzjoni jaffettwax b'mod serju l-vijabbiltà tas-servizz simili msemmi hawn fuq u tikkomunikahom lill-Kumitat Konġunt fuq talba ta' dan tal-aħħar. |
(e) |
l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti ma tiddeċidix, fuq il-bażi ta' analiżi dettaljata, li l-għan prinċipali tas-servizz mhuwiex it-trasport tal-vjaġġaturi bejn postijiet ta' waqfa li jinsabu fil-partijiet kontraenti. |
F'każ li servizz internazzjonali eżistenti ta' trasport bil-kowċis u bix-xarabank jaffettwa b'mod serju l-vijabbiltà ta' servizz simili kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta' servizz pubbliku fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, skont il-liġi fis-seħħ tal-parti kontraenti wara ċirkostanzi eċċezzjonali imprevedibbli meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' parti kontraenti tista', bil-qbil tal-Kumitat Konġunt, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni tal-operat tas-servizz internazzjonali bil-kowċis u bix-xarabank wara li tkun tat avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur.
Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi oħrajn fuq it-toroq jew il-fatt li r-rotta f'dak il-każ tkun diġà mħaddma minn trasportaturi oħra tat-toroq ma tistax minnha nnifisha tikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.
5. L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni tista' tirrifjuta applikazzjonijiet biss abbażi ta' raġunijiet kompatibbli ma' dan il-Ftehim.
6. Jekk il-proċedura ta' formazzjoni tal-ftehim imsemmija fl-ewwel paragrafu ma tirnexxix, tista' ssir referenza lill-Kumitat Konġunt.
7. Il-Kumitat Konġunt għandu, malajr kemm jista' jkun, jieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fi żmien 30 ġurnata min-notifika tagħha lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea.
8. Hekk kif il-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu titlesta, l-awtorità tal-ħruġ għandha tavża l-awtoritajiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u għandha, fejn ikun il-każ, tibagħtilhom kopja tal-awtorizzazzjoni.
Artikolu 5
Ħruġ u tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet
1. Hekk kif titlesta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 4, l-awtorità tal-ħruġ għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jew tirrifjuta l-applikazzjoni b'mod formali.
2. Jekk tittieħed deċiżjoni li ma taċċettax applikazzjoni iridu jingħataw ir-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom l-opportunità li jużaw id-drittijiet tagħhom jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun rifjutata.
3. L-Artikolu 4 ta' dan l-Anness għandu jgħodd, mutatis mutandis, għall-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-bidliet tal-kondizzjonijiet li s-servizzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni jridu jkunu operati skonthom.
Fil-każ ta' bidla żgħira fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni, b'mod partikolari, l-aġġustament tan-nollijiet jew tal-iskeda, l-awtorità tal-ħruġ għandha tipprovdi biss l-informazzjoni dwar il-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra.
Artikolu 6
Skadenza tal-awtorizzazzjoni
Il-proċedura li għandha tiġi segwita dwar l-iskadenza ta' awtorizzazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1073/2009 u tal-Artikolu 46 tal-OTV.
Artikolu 7
Obbligi tat-trasportaturi
1. Għajr f'każ ta' forza maġġuri, l-operatur tas-servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz tat-trasport li jimxi skont l-istandards tal-kontinwità, regolarità, u l-kapaċità u jħares il-kondizzjonijiet l-oħra mniżżla mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 2(3) ta' dan l-Anness.
2. It-trasportatur għandu jippubblika r-rotta tas-servizz, il-waqfiet, l-iskeda, in-nollijiet, u l-kondizzjonijiet l-oħrajn tal-operat, b'tali mod li jiżgura li dan it-tagħrif ikun disponibbli mill-ewwel lill-utenti kollha.
3. Ikun possibbli għall-Iżvizzera u għall-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni Ewropea, bil-ftehim komuni u bil-ftehim mad-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru bidliet fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw is-servizz regolari.
Taqsima II
SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRAJN EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI
Artikolu 8
Dokument ta' kontroll
1. Is-servizzi riferuti fl-Artikolu 18(1) tal-Ftehim għandhom isiru taħt il-kopertura ta' dokument ta' kontroll (il-formula tal-vjaġġ).
2. It-trasportatur li jopera servizzi okkażjonali jrid jimla l-formula tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.
3. Il-kotba tal-formuli tal-vjaġġ għandhom ikunu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera jew tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn it-trasportatur huwa stabbilit jew mill-korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.
4. Il-mudell tad-dokument ta' kontroll u l-mod kif għandu jintuża għandhom ikunu kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.
5. Fil-każ tas-servizzi koperti mill-Artikolu 18(2) tal-Ftehim, il-kuntratt jew il-kopja awtentikata vera tiegħu għandhom iservu bħala dokument ta' kontroll.
Artikolu 9
Ċertifikazzjoni
Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18(6) tal-Ftehim għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Iżvizzera jew tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn il-vettura tkun irreġistrata.
Iċ-ċertifikat għandu jkun konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (UE) Nru 361/2014.
Taqsima III
IL-VERIFIKI U S-SANZJONIJIET
Artikolu 10
Biljetti tat-trasport
1. It-trasportaturi li joperaw servizz regolari, esklużi s-servizzi regolari speċjalizzati, għandhom jagħtu biljett tat-trasport, jew individwalment jew kollettivament, li juri:
— |
il-postijiet tat-tluq u d-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, il-vjaġġ lura, |
— |
il-perjodu ta' validità tal-biljett, |
— |
il-prezz tat-trasport. |
2. Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.
Artikolu 11
Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi
1. Fil-każ tal-operazzjonijiet tat-trasport f'isem ħaddieħor, il-kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropew jew ta' liċenzja simili Żvizzera fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri, kif ukoll, skont it-tip ta' servizz, l-awtorizzazzjoni (jew kopja awtentika tagħha) jew id-dokument tal-vjaġġ, għandhom jinġarru abbord il-vettura u jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.
Fil-każ tal-operazzjonijiet tat-trasport tagħhom stess, iċ-ċertifikat (jew kopja awtentikata tiegħu) iridu jinġarru abbord il-vettura u jridu jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.
2. It-trasportaturi li joperaw il-kowċis u x-xarabanks fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b'mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ.
Artikolu 12
Għajnuna reċiproka u sanzjonijiet
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom joffru għajnuna lil xulxin sabiex jassiguraw l-applikazzjoni u l-kontroll tad-dispożizzjonijiet previsti f'dan l-Anness. Huma għandhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit, għandhom jirtiraw il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jekk id-detentur:
(a) |
ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim; jew jew |
(b) |
jkun ipprovda tagħrif mhux eżatt dwar l-informazzjoni meħtieġa biex tinħareġ il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri. |
3. L-awtorità tal-ħruġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' dik l-awtorizzazzjoni taħt dan il-Ftehim, b'mod partikolari jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit jitolbu dan l-irtirar. L-awtorità tal-ħruġ għandha tavża minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra.
4. F'każ ta' ksur gravi tar-regolamenti dwar it-trasport jew dwar is-sigurtà fit-triq, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-istandards applikabbli għall-vetturi, il-ħinijiet tas-sewqan u ta' mistrieħ tax-xufiera u t-twettiq mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji msemmija fil-punt 2.1 tal-Artikolu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur li wettaq il-ksur jistgħu jirtiraw il-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jew jirtiraw temporanjament u/jew parzjalment il-kopji awtentikati tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri.
Dawn is-sanzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati skont is-serjetà tal-ksur li jkun wettaq id-detentur tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew il-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri u skont l-għadd totali ta' kopji awtentikati tal-liċenzja li għandu għat-traffiku internazzjonali.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit għandhom jindikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha sar il-ksur, jekk is-sanzjonijiet previsti hawn fuq ġewx imposti jew le, fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni definittiva meħuda dwar il-kwistjoni. Jekk dawn is-sanzjonijiet ma ġewx imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn it-trasportatur huwa stabbilit għandhom jagħtu r-raġunijiet għal dan.
5. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Parti Kontraenti jkunu jafu dwar xi ksur serju ta' dan l-Anness jew tal-liġi dwar it-trasport bit-triq attribwibbli lil xi trasportatur mhux residenti, il-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha sar il-ksur għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur, fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni definittiva tagħhom:
(a) |
deskrizzjoni tal-ksur kif ukoll id-data u l-ħin tiegħu; |
(b) |
il-kategorija, it-tip u s-serjetà tal-ksur; kif ukoll |
(c) |
is-sanzjonijiet imposti u s-sanzjonijiet imwettqa. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti ospitanti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit it-trasportatur li jimponu sanzjonijiet amministrattivi skont il-paragrafu 4.
6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull sanzjoni amministrattiva imposta fuqhom skont dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Reġistrazzjonijiet fir-reġistri elettroniċi nazzjonali
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li r-reati serji kontra l-liġi fil-qasam tat-trasport bit-triq li huma attribwibbli lil trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom u li wasslu għal xi sanzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżvizzera, kif ukoll l-irtirar temporanju jew definittiv tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri jew tal-kopja awtentikata tal-liċenzja tal-Komunità jew tal-liċenzja Żvizzera simili għandhom jitniżżlu fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-kumpaniji tat-trasport bit-triq. Ir-reġistrazzjonijiet fir-reġistru li jirrigwardaw l-irtirar temporanju jew definittiv tal-liċenzja tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liċenzja Żvizzera simili fil-każ tat-trasportaturi Żvizzeri għandhom jinżammu fil-bażi tad-data għal mill-inqas sentejn mid-data ta' skadenza tal-irtirar fil-każ ta' rtirar temporanju, jew mid-data tal-irtirar fil-każ ta' rtirar definittiv.”
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 361/2014 tal-Kummissjoni tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(3) RS/SR/745.11.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51.