Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2419

    Rakkomandazzjoni (UE) 2015/2419 tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina

    ĠU L 333, 19.12.2015, p. 150–151 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2015/2419/oj

    19.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 333/150


    RAKKOMANDAZZJONI (UE) 2015/2419

    tas-16 ta' Marzu 2015

    dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina

    IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-UKRAINA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, b'mod partikolari l-Artikolu 463 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 463 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi li hemm fih.

    (2)

    Skont l-Artikolu 476 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tal-Ftehim.

    (3)

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim qiegħed jiġi applikat provviżorjament f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE (2), mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (3) u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/691/UE (4).

    (4)

    Il-Partijiet qablu dwar it-test tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, li għandu l-għan li jħejji u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim billi joħloq qafas prattiku għat-twettiq tal-objettivi prevalenti tagħhom ta' assoċjazzjoni politika u ta' integrazzjoni ekonomika.

    (5)

    L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni għandha l-għan doppju li tistipula l-passi konkreti li jwasslu biex il-Partijiet jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-Ftehim, u li tipprovdi qafas usa' biex issaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina sabiex dawn jinvolvu grad sinifikanti ta' integrazzjoni ekonomika u kooperazzjoni politika aktar profonda, f'konformità mal-objettivi globali tal-Ftehim,

    ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu Uniku

    Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina (5), sakemm din l-implimentazzjoni tkun orjentata lejn il-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

    Il-President

    A. YATSENYUK


    (1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE tas-17 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/691/UE tad-29 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/668/UE dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tagħha, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 289, 3.10.2014, p. 1).

    (5)  Ara d-dokument st 6978/15 fuq http://register.consilium.europa.eu


    Top