Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D1049

    Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù tas-16 ta' Mejju 2014 Stabbiliment ta' Grupp ta' Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra [2015/1049]

    ĠU L 167, 1.7.2015, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/08/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1049/oj

    1.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 167/92


    DEĊIŻJONI Nru 5/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ

    tas-16 ta' Mejju 2014

    Stabbiliment ta' Grupp ta' Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra [2015/1049]

    IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 284(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 284 tal-Ftehim jipprovdi li Parti tista' titlob li Grupp ta' Esperti jitlaqqa' sabiex jeżamina kwistjoni ta' żvilupp sostenibbli u ta' kummerċ li ma tkunx ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet tal-gvern skont l-Artikolu 283 tal-Ftehim.

    (2)

    Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta lista ta' mill-anqas 15-il persuna b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

    (3)

    Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    1.

    Il-listi ta' individwi li jistgħu jservu bħala esperti għall-finijiet tal-Artikolu 284 ta' dan il-Ftehim huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014.

    Magħmul f'Lima, is-16 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kumitat tal-Kummerċ

    Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja

    Cecilia ÁLVAREZ-CORREA

    Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea

    Karel DE GUCHT

    Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù

    Blanca Magali SILVA VELARDE-ÁLVAREZ


    ANNESS

    LISTA TA' ESPERTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 284(3) TAL-FTEHIM

    Lista ta' esperti

    1.

    Claudia Martínez

    2.

    Carlos Costa Posada

    3.

    Enrique Borda Villegas

    4.

    Katerine Bermúdez

    5.

    Eddy Laurijssen

    6.

    Jorge Cardona

    7.

    Hélène Ruiz Fabri

    8.

    Geert Van Calster

    9.

    Jorge Mario Caillaux Zazzali

    10.

    Rosario Gómez Gamarra

    11.

    Jorge Toyama Miyagusuku

    12.

    Alfonso de los Heros Pérez Albela

    Presidenti

    1.

    Robert McCorquodale

    2.

    Dane Ratliff

    3.

    Jill Murray

    4.

    Arthur Edmond Appleton

    5.

    Maryse Robert

    6.

    Orlando Pérez Gárate


    Top