Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D0672

    Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/672]

    ĠU L 110, 29.4.2015, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/672/oj

    29.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 110/38


    DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

    tas-16 ta' Diċembru 2014

    dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/672]

    IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI bejn l-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 439 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

    (2)

    Skont l-Artikolu 439(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kwalunkwe kumitat jew korp ieħor speċjalizzat f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim li jista' jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

    (3)

    Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu mwaqqfa żewġ sottokumitati.

    (4)

    Bi qbil tal-Partijiet, għandu jkun possibbli li tiġi modifikata l-lista ta' sottokumitati kif ukoll l-ambitu tas-sottokumitati individwali.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma b'dan imwaqqfa.

    Artikolu 2

    Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova.

    Artikolu 3

    Bi qbil mal-Partijiet, il-lista tas-Sottokumitati stipulata fl-Anness u l-ambitu tas-Sottokumitati individwali elenkati fl-Anness jistgħu jiġu modifikati.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


    ANNESS

    Lista ta' Sottokumitati

    (1)

    Sottokumitat għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja

    (2)

    Sottokumitat għall-Kooperazzjoni fl-Ekonomija u f'Setturi oħra


    Top