EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0946

2014/946/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Serbja tas- 17 ta' Diċembru 2014 li tissostitwixxi l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

ĠU L 367, 23.12.2014, p. 119–121 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/946/oj

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/119


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA

tas-17 ta' Diċembru 2014

li tissostitwixxi l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

(2014/946/UE)

IL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' April 2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (“Protokoll 3”) li jistipula r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, is-Serbja, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal- Artikolu 119 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja, f'att legali wieħed. Is-Serbja u parteċipanti oħra tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea ta' akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007.

(4)

L-Unjoni u s-Serbja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u t-12 ta' Novembru 2012, rispettivament.

(5)

L-Unjoni u s-Serbja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-1 ta' Lulju 2013, rispettivament. B'konsegwenza ta' hekk, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjonji, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ f'relazzjoni mal-Unjoni u s-Serbja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2013, rispettivament.

(6)

Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-Partijiet Kontraenti kollha fiż-żona ta' kumulazzjoni, m'għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 3.

(7)

Il-Protokoll 3 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2015.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President

J. JOKSIMOVIĆ


(1)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ANNESS

Protokoll 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli ta' oriġini applikabbli

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1), (“il-Konvenzjoni”).

Ir-referenzi kollha għal “ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Soluzzjoni tat-Tilwim

Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu din il-verifikazzjoni, jiġu sottomessi lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Fil-każijiet kollha s-soluzzjonijiet tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jsiru skont il-leġislazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew is-Serbja jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u s-Serbja jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini appena nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument ta' rtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument ta' rtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu kumulazzjoni bilaterali bejn l-UE u s-Serbja biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji — Kumulazzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar il-kumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 3 ta' dan il-Ftehim, kif adottati mill-Unjoni Ewropea u s-Serbja dwar il-konklużjoni tal-Ftehim (2), għandhom ikomplu japplikaw bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim sakemm il-Konvenzjoni ssir applikabbli għall-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni elenkati f'dawk l-Artikoli.

2.   Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat taċ-ċirkolazzjoni EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(2)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.


Top