Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0374

    2014/374/UE: Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tad- 9 ta' April 2014 dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura Nru 2/2003 imwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal- 21 ta' Ottubru 2003 rigward il-kostituzzjoni tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi

    ĠU L 180, 20.6.2014, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/374/oj

    20.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 180/60


    DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

    tad-9 ta' April 2014

    dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura Nru 2/2003 imwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-kostituzzjoni tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi

    (2014/374/UE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)

    L-Anness 12 tal-Ftehim dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

    (3)

    Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP” jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-“Kumitat” fuq it-talba ta' dan tal-aħħar.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi.

    (5)

    Wara l-adozzjoni tal-Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-1 ta' Diċembru 2011, flimkien mal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi tal-Ftehim u l -mandat tal-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP”,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-ħolqien tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi li għandhom x'jaqsmu mal-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP”, Il-parti' Grupp ta' ħidma “DPO/IĠP” jinbidel bi:

    “Grupp ta' Ħidma ‘DPO u IĠP’

    Bażi fil-Ftehim (Anness 12)

    L-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    Il-mandat tal-grupp ta' ħidma skont l-Artikolu 15

    1.

    Għandha tiġi eżaminata kull kwistjoni dwar l-Anness 12 u l-implimentazzjoni tiegħu.

    2.

    L-evoluzzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti mill-Anness 12 għandhom jiġu eżaminati perjodikament.

    3.

    B'mod partikolari, għandhom jiġu formulati l-proposti għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Konġunt bil-għan li l-appendiċijiet għall-Anness 12 jiġu adattati u aġġornati.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014.

    Magħmul f'Berna, id-9 ta' April 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

    Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    Susana MARAZUELA-AZPIROZ

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

    Jacques CHAVAZ

    Is-Segretarju tal-Kumitat

    Ioannis VIRVILIS


    Top