Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0244

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet [2015/1468]

    ĠU L 230, 3.9.2015, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1468/oj

    3.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 230/52


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 244/2014

    tal-24 ta’ Ottubru 2014

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet [2015/1468]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ġiet estiża sabiex tinkludi parteċipazzjoni limitata fis-settur tat-telekomunikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2014 tad-9 ta’ Lulju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92] (2).

    (2)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (3).

    (3)

    Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż segwenti jiżdied fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “—

    32014 R 0283: ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

    Din tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

    (2)  ĠU L 15, 22.1.2015, p. 85.

    (3)  ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


    Top