This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0222
Decision of the EEA Joint Committee No 222/2014 of 24 October 2014 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2015/1446]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1446]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1446]
ĠU L 230, 3.9.2015, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 222/2014
tal-24 ta' Ottubru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1446]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex ikun parti mis-Sistema Marittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2013/638/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE tal-4 ta' Settembru 2003 fuq il-ħtiġiet essenzali relattivi għall-apparat ta' komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4zzp (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE):
|
2. |
It-test tal-punt 4zzm (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE) jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2013/638/UE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 296, 7.11.2013, p. 22.
(2) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.