This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0189
Decision of the EEA Joint Committee No 189/2014 of 25 September 2014 amending Annex X (Services in general) to the EEA Agreement [2015/1257]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2015/1257]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2015/1257]
ĠU L 202, 30.7.2015, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 189/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2015/1257]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/662/UE tal-14 ta' Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta' listi ta' fiduċja ta' fornituri ta' servizz ta' ċertifikazzjoni taħt superviżjoni/akkreditati mill-Istati Membri (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness X tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32013 D 0662: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/662/UE tal-14 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 306, 16.11.2013, p. 21).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/662/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 306, 16.11.2013, p. 21.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.