This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0167
Decision of the EEA Joint Committee No 167/2014 of 25 September 2014 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2015/1235]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1235]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1235]
ĠU L 202, 30.7.2015, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 167/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1235]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta' Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 58 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2012) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:
“59. |
32013 D 0503: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta' Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/503/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.