Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0155

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/90]

ĠU L 15, 22.1.2015, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/90/oj

22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/90]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta' investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta' awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 D 0288: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/288/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 163, 15.6.2013, p. 26.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li tinkorpora d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE fil-Ftehim ŻEE

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 titratta l-ekwivalenza għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”


Top