This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0144
Decision of the EEA Joint Committee No 144/2014 of 27 June 2014 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 144/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z3 (ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
“18Z4. |
32013 R 0141: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 141/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.