Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0108

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 310, 30.10.2014, pp. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/108(2)/oj

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 108/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1375/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1374: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1374/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 38),

32013 R 1375: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1375/2013 tad-19 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1374/2013 u (UE) Nru 1375/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 38.

(2)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 42.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top