Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0104

2014/104/UE: Id-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tat- 13 ta’ Frar 2014 li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat- 22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati

ĠU L 54, 22.2.2014, pp. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/104(1)/oj

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/19


ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tat-13 ta’ Frar 2014

li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati

(2014/104/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ‘il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet ta’ referenza domestiċi għall-Partijiet Kontraenti.

(2)

Fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti nbidlu l-prezzijiet reali tal-materja prima li japplikaw għaliha l-miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta’ referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella III jeħdilha postha t-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

Fit-Tabella IV, il-punt (b) jeħodlu postu t-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tapplika mill-1 ta’ Marzu 2014.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Christian ETTER


(1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)   ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-Isvizzera u tal-UE

Materja prima Agrikola

Prezz ta’ referenza domestiku Sviżżeru

Prezz ta’ referenza domestiku tal-UE

Artikolu 4(1)

Applikat fuq in-naħa Svizzera Differenza Svizzera/UE

prezz ta’ referenza

Artikolu 3(3)

Applikat fuq in-naħa tal-UE Differenza Svizzera/UE

prezz ta’ referenza

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

50,60

24,30

26,30

0,00

Qamħ tat-tip durum

1,20

0,00

Segala

42,20

18,95

23,25

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

94,60

46,65

47,95

0,00

Trab tal-ħalib (whole milk)

634,10

463,85

170,25

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

421,15

401,20

19,95

0,00

Butir

1 068,00

521,20

546,80

0,00

Zokkor Abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

44,10

27,75

16,35

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00 ”


ANNESS II

“TABELLA IV

(b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa Svizzera

Art 3(2)

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa tal-UE

Art 4(2)

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

22,00

0,00

Qamħ tat-tip durum

1,00

0,00

Segala

20,00

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

41,00

0,00

Trab tal-ħalib (whole milk)

145,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

17,00

0,00

Butir

465,00

0,00

Zokkor Abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

14,00

0,00

Xaħam veġetali

145,00

0,00 ”


Top