This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0071
Decision of the EEA Joint Committee No 71/2014 of 16 May 2014 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 310, 30.10.2014, pp. 14–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 71/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L ċistina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2013 tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2013 tat-23 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' razza ta' mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2013 tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NCIMB 10415 bħala addittiv fl-għalf tal-għoġġiela, il-gidjien, il-qtates u l-klieb u li temenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium NBIMCC 8270 Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 bħala addittivi fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactina Ltd.) (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013 tas-6 ta' Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG) (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2013 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 (8) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jitħassar fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(10) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiġi miżjud mal-punti 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001), 1zy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004), 1zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004) u 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004), 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005), 2h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010), 2zc (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011), 2zi (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011) u 2zp (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011):
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 1zt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006):
|
|
4. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zzn (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013):
|
|
5. |
It-test tal-punt 1zzzzzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009) jiġi mħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1006/2013, (UE) Nru 1014/2013, (UE) Nru 1016/2013, (UE) Nru 1059/2013, (UE) Nru 1061/2013, (UE) Nru 1077/2013 u (UE) Nru 1101/2013, bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 279, 19.10.2013, p. 59.
(2) ĠU L 281, 23.10.2013, p. 1.
(3) ĠU L 282, 24.10.2013, p. 36.
(4) ĠU L 289, 31.10.2013, p. 30.
(5) ĠU L 289, 31.10.2013, p. 38.
(6) ĠU L 292, 1.11.2013, p. 3.
(7) ĠU L 296, 7.11.2013, p. 1.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.