EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0024

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/24/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 tad-9 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-listi ta' kontroll tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal entitajiet minn pajjiżi terzi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010) tal-Anness XXIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 1082: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 tal-9 ta' Novembru 2012 (ĠU L 324, 22.11.2012, p. 25),

32013 R 0654: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1082/2012 u (UE) Nru 654/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 324, 22.11.2012, p. 25.

(2)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top