EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0010

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/10(2)/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 10/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/46/UE tat-28 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2006/141/KE dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti alimentari. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti alimentari ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiddaħħal mal-punt 54zzzv (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 L 0046: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/46/UE tat-28 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 230, 29.8.2013, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/46/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 230, 29.8.2013, p. 16.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top