Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0666

    2013/666/UE: Deċiżjoni Nru 4/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas- 7 ta’ Novembru 2013 li taħtar membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA)

    ĠU L 309, 19.11.2013, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 309, 19.11.2013, p. 37–37 (HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/666/oj

    19.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 309/49


    DEĊIŻJONI Nru 4/2013 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    tas-7 ta’ Novembru 2013

    li taħtar membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA)

    (2013/666/UE)

    Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u kif emendat it-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu;

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 4/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-27 ta’ Settembru 2006 dwar l-Istatuti u r-Regoli ta’ Proċedura taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha;

    Billi:

    (1)

    Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali, kif estiż bid-Deċiżjoni Nru 2/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), skada fil-21 ta’ Awwissu 2013.

    (2)

    Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru membri ġodda,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista’ jkollu jieħu skont il-qafas tal-prerogattivi tiegħu, dawn li ġejjin qegħdin jinħatru bħala membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali:

    Prof. Eric TOLLENS

    għal mandat ta’ sentejn, li jintemm fis-6 ta’ Novembru 2015 u

    Prof. Baba Y. ABUBAKAR

    Prof. Augusto Manuel CORREIA

    Is-Sinjura Helena JOHANSSON

    Dr Faustin R. KAMUZORA

    Prof. Clement K. SANKAT,

    għal mandat ta’ ħames snin, li jintemm fis-6 ta’ Novembru 2018.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President

    R. KAROBLIS


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

    (3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta’ sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

    (4)  ĠU L 350, 12.12.2006, p. 10.

    (5)  ĠU L 163, 15.6.2013, p. 30.


    Top