EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0220

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 220/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/220(2)/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 220/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2013 tal-14 ta' Marzu 2013 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-klorantraniliprol, il-fludjoksonil u l-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-amminopiralid, għall-bifenażat, għall-kaptan, għall-fluważinam, għall-fluwopikolid, kresoksim-metil, għall-pentijopirad, għall-prokwinażid, għall-piridat u għat-tembotrijon f'ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0241: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2013 tal-14 ta' Marzu 2013 (ĠU L 75, 19.3.2013, p. 1),

32013 R 0251: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 (ĠU L 88, 27.3.2013, p. 1).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 0241: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2013 tal-14 ta' Marzu 2013 (ĠU L 75, 19.3.2013, p. 1),

32013 R 0251: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 251/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 (ĠU L 88, 27.3.2013, p. 1).”

2.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 74 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012):

“75.

32013 R 0208: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 208/2013 u r-Regolamenti (UE) Nru 241/2013 u (UE) Nru 251/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16.

(2)  ĠU L 75, 19.3.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 88, 27.3.2013, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top