EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0212

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 212/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 92, 27.3.2014, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/212/oj

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 212/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1185/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni rigward l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk il-Protokoll 47 għal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009):

“—

32012 R 0579: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 171, 30.6.2012, p. 4).

32012 R 1185: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1185/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 338, 12.12.2012, p. 18).”

2.

It-test tal-adattament f’punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan li ġej jiżdied fl-Artikolu 70a:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, meta kkonċernati, isegwu l-proċeduri li jinsabu fl-Artikolu 70a(1)(b), 70a(2) u 70a(4).”

(b)

Dan li ġej għandu jiżdied fit-tabella mal-Parti A tal-Anness X:

“bin-Norveġiż

sulfitter’ jew ‘svoveldioksid

egg’, ‘eggprotein’, ‘eggprodukt’, ‘egglysozym’ jew ‘eggalbumin

melk’, ‘melkeprodukt’, ‘melkekasein’ jew ‘melkeprotein’ ”

(c)

Dan li ġej jiżdied mat-tabella fl-Anness Xa:

“EBDA

‘bearbeidingsvirksomhet’ jew ‘vinprodusent’

‘bearbeidet av’ ” ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 579/2012 u (UE) Nru 1185/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ lI-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 171, 30.6.2012, p. 4.

(2)  ĠU L 338, 12.12.2012, p. 18.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top