Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0208

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 92, 27.3.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/208(2)/oj

    27.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 208/2013

    tat-8 ta’ Novembru 2013

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/250/UE tal-21 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness XX ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2zh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE) tal-Anness XX ta’ mal-Ftehim ŻEE:

    “2zi.

    32013 D 0250: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/250/UE tal-21 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (ĠU L 145, 31.5.2013, p. 6).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2013/250/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 145, 31.5.2013, p. 6.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top