Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0205

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 205/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 92, 27.3.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/205/oj

    27.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 205/2013

    tat-8 ta’ Novembru 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 659/2013 tal-10 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi tal-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    Għalhekk l-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32013 R 0659: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 659/2013 tal-10 ta’ Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 54).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 659/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 54.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


    Top