Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0191

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 92, 27.3.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/191/oj

    27.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 191/2013

    tat-8 ta’ Novembru 2013

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/262/UE tal-4 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak fl-Unjoni (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiżdied fil-punt 15qb (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    ", kif emendat permezz ta:

    32013 D 0262: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/262/UE tal-4 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 152, 5.6.2013, p. 52)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/262/UE bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2013, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2013 tat-8 ta’ Ottubru 2013 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 52.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (2)  ĠU L 58, 27.2.2014, p. 15.


    Top