Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0152

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 345, 19.12.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/152(2)/oj

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 152/2013

    tal-15 ta’ Lulju 2013

    li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011), u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1256/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32012 R 1254: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1),

    32012 R 1255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78),

    32012 R 1256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1256/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 145).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1254/2012, (UE) Nru 1255/2012 u (UE) Nru 1256/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78.

    (3)  ĠU L 360, 29.12.2012, p. 145.

    (*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


    Top