Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0151

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 345, 19.12.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/151(2)/oj

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 151/2013

    tal-15 ta’ Lulju 2013

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal- prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej huwa inserit wara l-punt 19a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

    “19aa.

    32013 R 0093: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 93/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top