Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0144

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 345, 19.12.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/144(2)/oj

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 144/2013

    tal-15 ta’ Lulju 2013

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Li ġej jiddaħħal wara l-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE:

    “24fa.

    32012 R 0383: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-iskop ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-addattament li ġej:

    Fil-punt III.4.2 tal-Anness III, dan li ġej jiżdied mal-ittra (a) rigward in-numri ta’ distinzjoni:

    ‘—

    14 għall-Islanda

    15 għall-Liechtenstein

    16 għan-Norveġja” ’

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 383/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top