Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0141

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 345, 19.12.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/141(2)/oj

    19.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 141/2013

    tal-15 ta’ Lulju 2013

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 722/2012 iħassar, b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett, mid-29 ta’ Awwissu 2013.

    (3)

    L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE):

    “5a.

    32012 R 0722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3).”

    2.

    It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/32/KE) jitħassar b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 722/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3.

    (2)  ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top