EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0137

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2013 tal- 15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 345, 19.12.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/137/oj

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 563/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top